Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 15 ta' Novembru 2017 - Strasburgu

21. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-Awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Wolf Klinz b'effett mis-6 ta' Novembru 2017, u ta' Nadja Hirsch, Martin Schirdewan u Jörg Meuthen b'effett mit-8 ta' Novembru 2017, li ħadu post Michael Theurer, Alexander Graf Lambsdorff, Fabio De Masi u Beatrix Von Storch, rispettivament.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Wolf Klinz, Nadja Hirsch, Martin Schirdewan u Jörg Meuthen jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza