Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
Il-Ħamis, 16 ta' Novembru 2017 - Strasburgu

13. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u d-Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (COM(2017)0537 - C8-0318/2017 – 2017/0231(COD))

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 304 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

DEVE, ITRE, JURI

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ir-Regolament Emendatorju (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea); ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol); ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq); ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju; ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej; ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji; ir-Regolament (UE) 2015/760 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil; ir-Regolament (UE) Nru 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment; u r-Regolament (UE) Nru2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (COM(2017)0536 - C8-0319/2017 – 2017/0230(COD))

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 304 tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

ECON

opinjoni :

BUDG, ITRE, JURI, IMCO

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-Brażil għal uċuħ tar-raba’ li jipproduċu żerriegħa tal-pjanti tal-għalf, u għal uċuħ tar-raba’ li jipproduċu żerriegħa taċ-ċereali, u fir-rigward tal-ekwivalenza taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf u ż-żerriegħa taċ-ċereali prodotti fil-Brażil, kif ukoll fir-rigward tal-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-Moldova għal uċuħ tar-raba’ li jipproduċu żerriegħa taċ-ċereali, uċuħ tar-raba’ li jipproduċu żerriegħa tal-ħxejjex, u fir-rigward tal-ewkivalenza taż-żerriegħa taċ-ċereali, taż-żerriegħa tal-ħxejjex u taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra prodotti fil-Moldova (COM(2017)0643 - C8-0400/2017 - 2017/0297(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

AGRI

- Tiġdid parzjali tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat SE (14085/2017 - C8-0401/2017 - 2017/0819(NLE))

irriferut

responsabbli :

CONT

- Tiġdid parzjali tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat IE (14272/2017 - C8-0402/2017 - 2017/0820(NLE))

irriferut

responsabbli :

CONT

- Proposta għal Regolament tal--Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013u (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2016)0605 [02] - C8-0404/2017 - 2016/0282B(COD))

irriferut

responsabbli :

AGRI

2) il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni (Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura) mressqa mill-Membri

- Morten Messerschmidt. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-iżvilupp ta' forom ta' kooperazzjoni differenzjati u à la carte (B8-0566/2017)

irriferut

responsabbli :

AFCO

opinjoni :

JURI

- Aldo Patriciello. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar it-twaqqif tar-"Reġjun Ewropew tat-Turiżmu Sostenibbli tas-Sena" (REstA) (B8-0583/2017)

irriferut

responsabbli :

TRAN

- Ivan Jakovčić u Jozo Radoš. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kontroll u l-prevenzjoni tal-għargħar (B8-0584/2017)

irriferut

responsabbli :

ENVI

- Dominique Bilde. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kummerċ illegali tal-klieb fl-Unjoni Ewropea (B8-0585/2017)

irriferut

responsabbli :

AGRI

- Salvatore Domenico Pogliese. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar l-istrateġija Ewropea għas-sostenn lill-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa fil-pajjiżi tal-UE (B8-0586/2017)

irriferut

responsabbli :

AGRI

- Sophie Montel u Florian Philippot. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-projbizzjoni tal-kummerċ u tal-importazzjoni tal-ormon eCG (B8-0587/2017)

irriferut

responsabbli :

INTA

- Dominique Bilde, Steeve Briois, Sylvie Goddyn, Philippe Loiseau, Joëlle Mélin u Mylène Troszczynski. Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kriżi tal-butir (B8-0588/2017)

irriferut

responsabbli :

AGRI

Avviż legali - Politika tal-privatezza