14. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-metanol (D047602/02 - 2017/2965(RPS) - skadenza: 10 ta' Frar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' esteri gliċidiliċi tal-aċidi grassi fiż-żjut veġetali u x-xaħmijiet, fil-formula tat-trabi, fil-formula tat-trabi li għandhom iktar minn sitt xhur u f'ikel għal raġunijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar (D048378/04 - 2017/2953(RPS) - skadenza: 9 ta' Frar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li ma jagħtix kunsens li tiġi awtorizzata indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrigwarda l-ikel, għajr indikazzjonijiet li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta' mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (D050888/01 - 2017/2940(RPS) - skadenza: 28 ta' Jannar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tas-sorbat tal-kalċju (E 203) (D051559/03 - 2017/2954(RPS) - skadenza: 9 ta' Jannar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-laboratorji ta’ referenza tal-UE fil-qasam tal-kontaminanti fl-għalf u fl-ikel (D051590/06 - 2017/2941(RPS) - skadenza: 28 ta' Jannar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-1-metil-2-pirrolidon (D052862/02 - 2017/2938(RPS) - skadenza: 27 ta' Jannar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura), IMCO (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 22 tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (D052864/01 - 2017/2929(RPS) - skadenza: 25 ta' Jannar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON opinjoni: JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 40 (D052931/01 - 2017/2930(RPS) - skadenza: 25 ta' Jannar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON opinjoni: JURI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)
- Regolament tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-bisfenol A fil-verniċ u fil-kisi maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 fir-rigward tal-użu ta’ dik is-sustanza fil-materjali tal-plastik li jiġu f’kuntatt mal-ikel (D052935/03 - 2017/2942(RPS) - skadenza: 28 ta' Jannar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tas-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fil-prodotti fini tal-forn (D052936/02 - 2017/2955(RPS) - skadenza: 9 ta' Jannar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għaċ-Ċelluloża Mikrokristallina (E460(i)) (D052937/02 - 2017/2945(RPS) - skadenza: 31 ta' Diċembru 2017) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (D052940/03 - 2017/2946(RPS) - skadenza: 4 ta' Jannar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-ametoktradin, il-klorpirifos-metil, iċ-ċiprokonażol, id-difenokonażol, il-fluważinam, il-flutriafol, il-proeżadjon u l-klorur tas-sodju f’ċerti prodotti jew fuqhom (D052943/02 - 2017/2943(RPS) - skadenza: 28 ta' Diċembru 2017) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-valuri tal-klassifikazzjonijiet tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri bħala riżultat tal-eżerċizzju tal-interkalibrar u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/480/UE (D053019/02 - 2017/2939(RPS) - skadenza: 27 ta' Jannar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-referenza tal-Unjoni Ewropea għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (D053569/02 - 2017/2947(RPS) - skadenza: 4 ta' Frar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi (D053570/02 - 2017/2948(RPS) - skadenza: 4 ta' Frar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar id-dokument ta' referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur agrikolu skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (D053660/02 - 2017/2966(RPS) - skadenza: 13 ta' Frar 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda d-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta' applikazzjoni għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti (D053681/02 - 2017/2971(RPS) - skadenza: 15 ta' Diċembru 2017) irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO