Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' Diċembru 2017 - Strasburgu

5. Ordni tal-ħidma
CRE

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Diċembru 2017 (614.777/OJMA) tqassam u fir-rigward tiegħu ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

It-Tnejn

Ma ġiet proposta l-ebda bidla.

It-Tlieta

- Talba tal-Grupp PPE biex jiddaħħal fl-aġenda dibattitu dwar l-oġġezzjoni għall-abbozz tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-aċidu fosforiku, tal-fosfati, tad-difosfati, tat-trifosfati u tal-polifosfati (E 338-452) f'ċerti preparati tal-laħam iffriżat fuq sfiefed vertikali (B8-0666/2017) (punt 66 tal-abbozz definittiv tal-aġenda).

Intervent ta': Françoise Grossetête, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifikat it-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

- Talba tal-Grupp GUE/NGL biex tittawwal is-seduta sa 24:00.

Intervent ta': Gabriele Zimmer, f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

- Talba tal-Grupp PPE biex il-votazzjoni dwar l-oġġezzjoni għall-abbozz tal-Kummissjoni ssir nhar l-Erbgħa.

Intervent ta': Françoise Grossetête, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifikat it-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

Intervent ta': Knut Fleckenstein (il-President iċċara li dan id-dibattitu se jsir bħala l-aħħar punt fuq l-aġenda ta' nhar it-Tlieta).

- Ir-rapport Lebreton dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Eleonora Forenza (A8-0398/2017), u r-rapport Cavada dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ingeborg Gräßle (A8-0397/2017) tniżżlu fil-ħin tal-votazzjonijiet.

L-Erbgħa

Wara konsultazzjoni tal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-bidla li ġejja:

Id-dibattitu dwar ir-rapport Corazza Bildt dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija (A8-0368/2017) (punt 55 tal-abbozz definittiv tal-aġenda) jitniżżel bħala l-aħħar punt fuq l-aġenda.

Il-Parlament approva din il-proposta.

Il-Ħamis

- Talba tal-Grupp PPE biex jiġi pospost għas-sessjoni parzjali ta' Jannar 2018 id-dibattitu rigward l-interpellanza maġġuri dwar it-Tilwima UE-Norveġja dwar is-sajd tal-granċ Artiku fi Svalbard (B8-0612/2017) (punt 29 tal-abbozz definittiv tal-aġenda).

Intervent ta': Jarosław Wałęsa, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba.

Il-Parlament approva t-talba.

°
° ° °

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza