Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' Diċembru 2017 - Strasburgu

6. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Awstrijaċi, Franċiżi u Ġermaniżi għarrfu bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Lukas Mandl, Geoffroy Didier u Michael Detjen li tiddekorri fit-30 ta' Novembru 2017, fl-1 ta' Diċembru 2017, u fl-1 ta' Jannar 2018 minflok Elisabeth Köstinger, Constance Le Grip, u Jutta Steinruck rispettivament.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Lukas Mandl, Geoffroy Didier u Michael Detjen jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza