9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li rċieva talba għal votazzjoni min-naħa tal-Grupp Verts/ALE kif ukoll ta' diversi Membri li jilħqu l-limitu medju fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kumitat JURI meħuda għal dħul f'negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tad-29 ta' Novembru 2017 (punt 8 tal-Minuti ta' 29.11.2017).
Il-votazzjoni se ssir għada, bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-President ħabbar li ma rċieva l-ebda talba, minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju, dwar id-deċiżjonijiet meħuda għal dħul f'negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tal-Erbgħa 29 ta' Novembru 2017 (punt 8 tal-Minuti ta' 29.11.2017).
Il-Kumitati CULT, AFCO u IMCO/JURI għalhekk setgħu jibdew in-negozjati wara l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
° ° ° °
Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Kumitat IMCO, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi il-proċedura ta' notifika għal skemi ta' awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma' servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (COM(2016)0821 – C8-0011/2017 – 2016/0398(COD)). Rapporteur: Sergio Gutiérrez Prieto (A8-0396/2017)
- Kumitat IMCO, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta' regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet (COM(2016)0822 – C8-0012/2017 – 2016/0404(COD)). Rapporteur: Andreas Schwab (A8-0395/2017)
- Kumitat ECON u LIBE, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli fir-rigward tal-flus deħlin jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (COM(2016)0825 – C8-0001/2017 – 2016/0413(COD)). Rapporteurs: Mady Delvaux u Juan Fernando López Aguilar (A8-0394/2017)
Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, it-Tlieta 12 ta' Diċembru, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.