Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' Diċembru 2017 - Strasburgu

10. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

Bi qbil mal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':

- Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-obbligu tan-negozjar għal ċerti derivattivi (C(2017)07684 ; 2017/2979(DEA)) (B8-0667/2017).

Jekk tali rakkomandazzjoni ma tkunx is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa, titqies approvata. Fil-każ kuntrarju, tkun sottoposta għal votazzjoni.

Ir-rakkomandazzjoni hija disponibbli fuq is-sit Europarl għall-perjodu ta' din is-sessjoni parzjali.

Avviż legali - Politika tal-privatezza