Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 11 ta' Diċembru 2017 - Strasburgu

11. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
CRE

Il-President għarraf li, flimkien mal-Presiden tal-Kunsill, il-President tal-Parlament Ewropew din il-ġimgħa se jipproċedi bl-iffirmar tal-atti li ġejjin adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (00056/2017/LEX - C8-0443/2017 - 2016/0282B(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (00058/2017/LEX - C8-0442/2017 - 2016/0276(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 (00055/2017/LEX - C8-0440/2017 - 2017/0017(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (00054/2017/LEX - C8-0439/2017 - 2016/0207(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza (00057/2017/LEX - C8-0438/2017 - 2016/0363(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (00041/2017/LEX - C8-0437/2017 - 2016/0148(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward l-arranġamenti tranżitorji għall-mitigazzjoni tal-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u t-trattament ta' skoperturi kbar fir-rigward ta' ċerti skoperturi tas-settur pubbliku denominati f'muniti mhux nazzjonali tal-Istati Membri (00059/2017/LEX - C8-0436/2017 - 2016/0360B(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet) (00049/2017/LEX - C8-0435/2017 - 2016/0393(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (00053/2017/LEX - C8-0430/2017 - 2017/0247(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (00045/2017/LEX - C8-0429/2017 - 2016/0130(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE (00042/2017/LEX - C8-0428/2017 - 2016/0050(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (00050/2017/LEX - C8-0427/2017 - 2016/0351(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perijodu għall-adozzjoni ta' atti delegati (00052/2017/LEX - C8-0426/2017 - 2017/0060(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (00039/2017/LEX - C8-0414/2017 - 2015/0226(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment (00038/2017/LEX - C8-0413/2017 - 2015/0225(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (00061/2017/LEX - C8-0412/2017 - 2015/0289(COD))

°
° ° °

Intervent ta': Anna Elżbieta Fotyga dwar l-attentat terroristiku li qatel ħmistax-il membru tal-forzi għaż-żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti fis-7 ta' Diċembru 2017 fin-Nord-Kivu (il-President ħa nota ta' dan).

Avviż legali - Politika tal-privatezza