18. Skema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS): tkomplija tal-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 [COM(2017)0054 - C8-0028/2017 - 2017/0017(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Julie Girling (A8-0258/2017)
Interventi ta': Werner Langen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Seb Dance f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Julia Reid f'isem il-Grupp EFDD, Isabella De Monte, Gesine Meissner, Stefan Eck, Jakop Dalunde, Mireille D'Ornano, Tiemo Wölken, Lieve Wierinck, Nicola Caputo u Dominique Riquet.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Tibor Szanyi, Notis Marias u Eleftherios Synadinos.