Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis 30 ta' Novembru 2017 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.00.
3. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduti preċedenti
Intervent ta': Peter Lundgren li talab lill-President tal-Parlament ma jiffirmax id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea għall-2018 u l-2019 (il-President ħa nota ta' dan).
° ° ° °
Il-Minuti tas-seduti tad-dati 29 u 30 ta' Novembru 2017 ġew approvati.
4. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet kompetenti Franċiżi għarrfu bl-elezzjoni fil-Parlament Franċiż ta' Constance Le Grip b'effett mill-1 ta' Diċembru 2017.
Billi tali funzjoni hija, skont l-Artikolu 7(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, inkompatibbli mal-kwalità ta' Membru tal-Parlament Ewropew, il-Parlament, abbażi tal-Artikolu 4(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, ħa nota tal-vakanza tas-siġġu li tiddekorri mill-1 ta' Diċembru 2017 u għarraf lill-Istat Membru kkonċernat.
5. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Diċembru 2017 (614.777/OJMA) tqassam u fir-rigward tiegħu ġew proposti l-bidliet li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):
It-Tnejn
Ma ġiet proposta l-ebda bidla.
It-Tlieta
- Talba tal-Grupp PPE biex jiddaħħal fl-aġenda dibattitu dwar l-oġġezzjoni għall-abbozz tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-aċidu fosforiku, tal-fosfati, tad-difosfati, tat-trifosfati u tal-polifosfati (E 338-452) f'ċerti preparati tal-laħam iffriżat fuq sfiefed vertikali (B8-0666/2017) (punt 66 tal-abbozz definittiv tal-aġenda).
Intervent ta': Françoise Grossetête, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifikat it-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
- Talba tal-Grupp GUE/NGL biex tittawwal is-seduta sa 24:00.
Intervent ta': Gabriele Zimmer, f'isem il-Grupp GUE/NGL, li ġġustifikat it-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
- Talba tal-Grupp PPE biex il-votazzjoni dwar l-oġġezzjoni għall-abbozz tal-Kummissjoni ssir nhar l-Erbgħa.
Intervent ta': Françoise Grossetête, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifikat it-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
Intervent ta': Knut Fleckenstein (il-President iċċara li dan id-dibattitu se jsir bħala l-aħħar punt fuq l-aġenda ta' nhar it-Tlieta).
- Ir-rapport Lebreton dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Eleonora Forenza (A8-0398/2017), u r-rapport Cavada dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ingeborg Gräßle (A8-0397/2017) tniżżlu fil-ħin tal-votazzjonijiet.
L-Erbgħa
Wara konsultazzjoni tal-gruppi politiċi, il-President ippropona l-bidla li ġejja:
Id-dibattitu dwar ir-rapport Corazza Bildt dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija (A8-0368/2017) (punt 55 tal-abbozz definittiv tal-aġenda) jitniżżel bħala l-aħħar punt fuq l-aġenda.
Il-Parlament approva din il-proposta.
Il-Ħamis
- Talba tal-Grupp PPE biex jiġi pospost għas-sessjoni parzjali ta' Jannar 2018 id-dibattitu rigward l-interpellanza maġġuri dwar it-Tilwima UE-Norveġja dwar is-sajd tal-granċ Artiku fi Svalbard (B8-0612/2017) (punt 29 tal-abbozz definittiv tal-aġenda).
Intervent ta': Jarosław Wałęsa, f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba.
Il-Parlament approva t-talba.
° ° ° °
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
6. Kompożizzjoni tal-Parlament
L-awtoritajiet kompetenti Awstrijaċi, Franċiżi u Ġermaniżi għarrfu bl-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Lukas Mandl, Geoffroy Didier u Michael Detjen li tiddekorri fit-30 ta' Novembru 2017, fl-1 ta' Diċembru 2017, u fl-1 ta' Jannar 2018 minflok Elisabeth Köstinger, Constance Le Grip, u Jutta Steinruck rispettivament.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Lukas Mandl, Geoffroy Didier u Michael Detjen jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
7. Verifika tal-kredenzjali
Fuq proposta tal-Kumitat JURI tiegħu, il-Parlament iddeċieda li jikkonvalida l-mandati tal-Membri Wolf Klinz, Nadja Hirsch, Martin Schirdewan, Thomas Waitz u Caroline Nagtegaal, li jiddekorri mis-6 ta' Novembru, mit-8 ta' Novembru, mit-8 ta' Novembru, mill-10 ta' Novembru u mill-14 ta' Novembru 2017, rispettivament.
8. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-President irċieva t-talbiet ta' ħatra li ġejjin mill-Grupp PPE:
Kumitat ENVI: Lukas Mandl minflok Norbert Lins
Kumitat AGRI: Norbert Lins
Kumitat FEMM: Heinz K. Becker
Kumitat PETI: Lukas Mandl minflok Heinz K. Becker
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo: Lukas Mandl minflok Claudia Schmidt
Delegazzjoni għall-Kumitati Parlamentari għall-Kooperazzjoni UE-Armenja, UE-Ażerbajġan u UE-Georgia: Claudia Schmidt
Dawn il-ħatriet ser jitqiesu ratifikati jekk ma tiġix ippreżentata oġġezzjoni minn issa sal-approvazzjoni ta' dawn il-Minuti.
9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar li rċieva talba għal votazzjoni min-naħa tal-Grupp Verts/ALE kif ukoll ta' diversi Membri li jilħqu l-limitu medju fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kumitat JURI meħuda għal dħul f'negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tad-29 ta' Novembru 2017 (punt 8 tal-Minuti ta' 29.11.2017).
Il-votazzjoni se ssir għada, bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
Il-President ħabbar li ma rċieva l-ebda talba, minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju, dwar id-deċiżjonijiet meħuda għal dħul f'negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tal-Erbgħa 29 ta' Novembru 2017 (punt 8 tal-Minuti ta' 29.11.2017).
Il-Kumitati CULT, AFCO u IMCO/JURI għalhekk setgħu jibdew in-negozjati wara l-iskadenza stipulata fl-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.
° ° ° °
Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Kumitat IMCO, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi il-proċedura ta' notifika għal skemi ta' awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma' servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (COM(2016)0821 – C8-0011/2017 – 2016/0398(COD)). Rapporteur: Sergio Gutiérrez Prieto (A8-0396/2017)
- Kumitat IMCO, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta' regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet (COM(2016)0822 – C8-0012/2017 – 2016/0404(COD)). Rapporteur: Andreas Schwab (A8-0395/2017)
- Kumitat ECON u LIBE, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli fir-rigward tal-flus deħlin jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 (COM(2016)0825 – C8-0001/2017 – 2016/0413(COD)). Rapporteurs: Mady Delvaux u Juan Fernando López Aguilar (A8-0394/2017)
Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, it-Tlieta 12 ta' Diċembru, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
10. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Bi qbil mal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':
- Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-obbligu tan-negozjar għal ċerti derivattivi (C(2017)07684 ; 2017/2979(DEA)) (B8-0667/2017).
Jekk tali rakkomandazzjoni ma tkunx is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa, titqies approvata. Fil-każ kuntrarju, tkun sottoposta għal votazzjoni.
Ir-rakkomandazzjoni hija disponibbli fuq is-sit Europarl għall-perjodu ta' din is-sessjoni parzjali.
11. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President għarraf li, flimkien mal-Presiden tal-Kunsill, il-President tal-Parlament Ewropew din il-ġimgħa se jipproċedi bl-iffirmar tal-atti li ġejjin adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (00056/2017/LEX - C8-0443/2017 - 2016/0282B(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (00058/2017/LEX - C8-0442/2017 - 2016/0276(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 (00055/2017/LEX - C8-0440/2017 - 2017/0017(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (00054/2017/LEX - C8-0439/2017 - 2016/0207(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-istrumenti ta' dejn mhux garantiti fil-ġerarkija tal-insolvenza (00057/2017/LEX - C8-0438/2017 - 2016/0363(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (00041/2017/LEX - C8-0437/2017 - 2016/0148(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 rigward l-arranġamenti tranżitorji għall-mitigazzjoni tal-impatt tal-introduzzjoni tal-IFRS 9 fuq il-fondi proprji u t-trattament ta' skoperturi kbar fir-rigward ta' ċerti skoperturi tas-settur pubbliku denominati f'muniti mhux nazzjonali tal-Istati Membri (00059/2017/LEX - C8-0436/2017 - 2016/0360B(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet) (00049/2017/LEX - C8-0435/2017 - 2016/0393(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward it-tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (00053/2017/LEX - C8-0430/2017 - 2017/0247(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (00045/2017/LEX - C8-0429/2017 - 2016/0130(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE (00042/2017/LEX - C8-0428/2017 - 2016/0050(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (00050/2017/LEX - C8-0427/2017 - 2016/0351(COD))
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE fir-rigward tal-perijodu għall-adozzjoni ta' atti delegati (00052/2017/LEX - C8-0426/2017 - 2017/0060(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (00039/2017/LEX - C8-0414/2017 - 2015/0226(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti ta' investiment (00038/2017/LEX - C8-0413/2017 - 2015/0225(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (00061/2017/LEX - C8-0412/2017 - 2015/0289(COD))
° ° ° °
Intervent ta': Anna Elżbieta Fotyga dwar l-attentat terroristiku li qatel ħmistax-il membru tal-forzi għaż-żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti fis-7 ta' Diċembru 2017 fin-Nord-Kivu (il-President ħa nota ta' dan).
12. Azzjonijiet meħuda dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjoni parzjali ta' Lulju 2017 hija disponibbli fuq is-sit Europarl.
13. Mistoqsijiet orali għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsijiet orali għal tweġiba orali li ġejjin tressqu mill-Membri (Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura):
- (O-000089/2017) imressqa minn Danuta Maria Hübner, f'isem il- Kumitat AFCO, lill-Kunsill: Id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew (2017/2993(RSP)) (B8-0613/2017);
- (O-000090/2017) imressqa minn Danuta Maria Hübner, f'isem il- Kumitat AFCO, lill-Kummissjoni: Id-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew (2017/2993(RSP)) (B8-0614/2017).
14. Interpellanzi maġġuri (Artikolu 130b tar-Regoli ta' Proċedura)(tressiq)
L-interpellanza maġġuri għal tweġiba bil-miktub b'dibattitu tqiegħdet fuq il-Mejda (Artikolu 130b tar-Regoli ta' Proċedura)
- (O-000077/2017) imressqa minn Alain Cadec, f'isem il-Kumitat PECH, lill-Kummissjoni: Tilwima UE-Norveġja dwar is-sajd tal-granċ Artiku fi Svalbard (2017/2934(RSP)) (B8-0612/2017)
15. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni
- Abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Portugall (13308/2017 - C8-0419/2017 - 2017/0821(CNS))
irriferut
responsabbli:
LIBE
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fir-rigward tal-post tas-sede tal-Awtorità Bankarja Ewropea (COM(2017)0734 - C8-0420/2017 - 2017/0326(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew.
irriferut
responsabbli:
ECON
opinjoni:
AFCO, BUDG, JURI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 dwar il-post tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (COM(2017)0735 - C8-0421/2017 - 2017/0328(COD)) F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli:
ENVI
opinjoni:
AFCO, AGRI, BUDG, ITRE, CONT
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (12543/2017 - C8-0422/2017 - 2017/0238(NLE))
irriferut
responsabbli:
AFET
opinjoni:
INTA
- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2017)0677 - C8-0424/2017 - 2017/0305(NLE))
irriferut
responsabbli:
EMPL
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta' proposta għall-ħatra mill-ġdid ta' Elke König bħala President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0092/2017 - C8-0425/2017 - 2017/0901(NLE))
irriferut
responsabbli:
ECON
2) mill-kumitati parlamentari
2.1) rapporti
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (EECC) (riformulazzjoni) (COM(2016)0590 - C8-0379/2016 - 2016/0288(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Pilar del Castillo Vera (A8-0318/2017)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (COM(2016)0882 - C8-0533/2016 - 2016/0408(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Carlos Coelho (A8-0347/2017)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (COM(2016)0883 - C8-0530/2016 - 2016/0409(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Carlos Coelho (A8-0349/2017)
- Rapport dwar ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (2017/2121(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: David McAllister (A8-0350/2017)
- Rapport dwar ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (2017/2123(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Michael Gahler (A8-0351/2017)
- Rapport dwar Strateġija Ewropea għal Mobilità b'Livell Baxx ta' Emissjonijiet (COM(2016)0501 - 2016/2327(INI)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Bas Eickhout (A8-0356/2017)
- Rapport dwar l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (2017/2013(INI)) - Kumitat PANA - Rapporteurs: Jeppe Kofod, Petr Ježek (A8-0357/2017)
- Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja fl-2016 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2017/2122(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Godelieve Quisthoudt-Rowohl (A8-0365/2017)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija (2015/2129(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Anna Maria Corazza Bildt (A8-0368/2017)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) (COM(2017)0385 - C8-0236/2017 - 2017/0163(COD)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Silvia Costa (A8-0369/2017)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (COM(2017)0481 - C8-0307/2017 - 2017/0219(COD)) - Kumitat AFCO - Rapporteurs: Mercedes Bresso, Rainer Wieland (A8-0373/2017)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa l-oħra (13419/2016 - C8-0100/2017 - 2006/0058(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Theresa Griffin (A8-0376/2017)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju (COM(2016)0594 - C8-0384/2016 - 2016/0284(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tiemo Wölken (A8-0378/2017)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemendaw ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2016)0605[[02]] - C8-0404/2017 - 2016/0282B(COD)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Albert Deß (A8-0380/2017)
- Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar Hong Kong, 20 sena wara li għadda f'idejn iċ-Ċina (2017/2204(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Alyn Smith (A8-0382/2017)
- Rapport Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali (2017/2065(INI)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Marietje Schaake (A8-0384/2017)
- Rapport dwar ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2017: Insaħħu d-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku (2017/2069(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Beatriz Becerra Basterrechea (A8-0385/2017)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom (13076/2017 - C8-0415/2017 - 2017/0193(NLE)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Christofer Fjellner (A8-0386/2017)
- Rapport dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2016, skont l-Artikolu 216(7) tar-regoli ta' Proċedura (2017/2222(INI)) - Kumitat PETI - Rapporteur: Notis Marias (A8-0387/2017)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE (COM(2016)0805 - 2017/2040(INI)) - Kumitat REGI - Rapporteur: Andrea Cozzolino (A8-0389/2017)
- * Rapport dwar il-proposta tal-Kummissjoni għat-tiġdid tal-mandat tal-President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0092/2017 - C8-0425/2017 - 2017/0901(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0393/2017)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Ingeborg Gräßle (2017/2220(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Jean-Marie Cavada (A8-0397/2017)
- Rapport dwar it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ta' Eleonora Forenza (2017/2199(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Gilles Lebreton (A8-0398/2017)
2.2) rakkomandazzjonijiet għat-tieni qari
- ***II Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (11382/2/2017 - C8-0358/2017 - 2015/0289(COD)) - Kumitat PECH - Rapporteur: Linnéa Engström (A8-0374/2017)
16. Emendi ta' diversi Regolamenti fil-qasam tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemendaw ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [COM(2016)0605 - C8-0404/2017- 2016/0282B(COD)] - Kumitatgħall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Albert Deß (A8-0380/2017)
Interventi ta': Czesław Adam Siekierski f'isem il-Grupp PPE, Paolo De Castro f'isem il-Grupp S&D, Bas Belder f'isem il-Grupp ECR, Ulrike Müller f'isem il-Grupp ALDE, Ivari Padar, biex jagħmel mistoqsija "karta blu" (il-President interrompa lill-kelliem billi l-intervent tal-Membru ma kienx jikkostitwixxi mistoqsija "karta blu"), Luke Ming Flanagan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Martin Häusling f'isem il-Grupp Verts/ALE, John Stuart Agnew f'isem il-Grupp EFDD, Philippe Loiseau f'isem il-Grupp ENF, Esther Herranz García, Clara Eugenia Aguilera García, Maria Lidia Senra Rodríguez, Marco Zullo, Daniel Buda, Ricardo Serrão Santos, Peter Jahr, Tibor Szanyi, Tom Vandenkendelaere, Maria Noichl, Michel Dantin, Jean-Paul Denanot u Franc Bogovič.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Sofia Ribeiro, Monika Beňová u Notis Marias.
17. Ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni ***II (dibattitu)
Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 [11382/2/2017 - C8-0358/2017 - 2015/0289(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: Linnéa Engström (A8-0374/2017)
Linnéa Engström ippreżentat ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari.
Interventi ta': Francisco José Millán Mon f'isem il-Grupp PPE, Ricardo Serrão Santos f'isem il-Grupp S&D, Julie Girling f'isem il-Grupp ECR, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp ALDE, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Rosa D'Amato f'isem il-Grupp EFDD, Gabriel Mato u Clara Eugenia Aguilera García.
PRESIDENZA: Rainer WIELAND Viċi President
Interventi ta': Peter van Dalen, John Stuart Agnew, Jarosław Wałęsa, Isabelle Thomas u Ruža Tomašić.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo u Notis Marias.
18. Skema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS): tkomplija tal-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jitkomplew il-limitazzjonijiet attwali tal-kamp ta' applikazzjoni fl-attivitajiet tal-avjazzjoni u ssir il-preparazzjoni biex tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq mill-2021 [COM(2017)0054 - C8-0028/2017 - 2017/0017(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Julie Girling (A8-0258/2017)
Interventi ta': Werner Langen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Seb Dance f'isem il-Grupp S&D, Mark Demesmaeker f'isem il-Grupp ECR, Gerben-Jan Gerbrandy f'isem il-Grupp ALDE, Kateřina Konečná f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bas Eickhout f'isem il-Grupp Verts/ALE, Julia Reid f'isem il-Grupp EFDD, Isabella De Monte, Gesine Meissner, Stefan Eck, Jakop Dalunde, Mireille D'Ornano, Tiemo Wölken, Lieve Wierinck, Nicola Caputo u Dominique Riquet.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Franc Bogovič, Tibor Szanyi, Notis Marias u Eleftherios Synadinos.
Interventi ta': Krystyna Łybacka (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat CULT), Ángela Vallina (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Pál Csáky f'isem il-Grupp PPE, Demetris Papadakis f'isem il-Grupp S&D, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR, Kostadinka Kuneva f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jean Lambert f'isem il-Grupp Verts/ALE, Eleonora Evi f'isem il-Grupp EFDD, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, Udo Voigt Membru mhux affiljat, Peter Jahr, Virginie Rozière, Kazimierz Michał Ujazdowski, Jordi Solé, Patrick O'Flynn, Eleftherios Synadinos, Jarosław Wałęsa, Jude Kirton-Darling, Arne Gericke, Milan Zver, Soledad Cabezón Ruiz, Anna Záborská, Josef Weidenholzer, Francis Zammit Dimech u Michaela Šojdrová.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Julie Ward, Ruža Tomašić, Georgios Epitideios u Nicola Caputo.
Interventi ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) u Beatriz Becerra Basterrechea.
20. Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Każakistan (Approvazzjoni) *** - Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Każakistan (Riżoluzzjoni) (dibattitu)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra [12409/2016 - C8-0469/2016 - 2016/0166(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Liisa Jaakonsaari (A8-0325/2017)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra [2017/2035(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Liisa Jaakonsaari (A8-0335/2017)
Liisa Jaakonsaari ppreżentat ir-rapport u r-rakkomandazzjoni.
Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni) f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta': Eduard Kukan f'isem il-Grupp PPE, Julie Ward f'isem il-Grupp S&D, Helga Stevens f'isem il-Grupp ECR, u Iveta Grigule-Pēterse f'isem il-Grupp ALDE.
PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU Viċi President
Interventi ta': Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL, Jean-Luc Schaffhauser f'isem il-Grupp ENF, Laima Liucija Andrikienė, Tunne Kelam u Alojz Peterle.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias u Georgios Epitideios.
22. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:
Andor Deli, Wajid Khan, Angel Dzhambazki, Izaskun Bilbao Barandica, Lynn Boylan, Jordi Solé, Mario Borghezio, Konstantinos Papadakis, László Tőkés, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Notis Marias, Jasenko Selimovic, Janusz Korwin-Mikke, Matt Carthy, Daniel Buda, Alex Mayer, Martina Anderson, Anna Záborská, Emilian Pavel, João Ferreira, Michaela Šojdrová, Julie Ward u Răzvan Popa.
23. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" 614.777/OJMA).