5.5. Deċiżjoni għal dħul f'negozjati interistituzzjonali: Regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju ***I (votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju [COM(2016)0594 - C8-0384/2016 - 2016/0284(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tiemo Wölken (A8-0378/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)
DEĊIŻJONI GĦAL DĦUL F'NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI
Approvazzjoni
Interventi
Qabel il-votazzjoni, Tiemo Wölken (rapporteur) u Angelika Niebler.
Tiemo Wölken, wara l-votazzjoni u fid-dawl tar-riżultati ta' dawn tal-aħħar, biex jitlob li ismu jkun irtirat mir-rapport, u Virginie Rozière.