Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Is-sitwazzjoni fl-Afganistan (2017/2932(RSP))
Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta': Tunne Kelam f'isem il-Grupp PPE, Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Petras Auštrevičius f'isem il-Grupp ALDE, Sabine Lösing f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bodil Valero f'isem il-Grupp Verts/ALE, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD, Jean-Luc Schaffhauser f'isem il-Grupp ENF, Jaromír Štětina, Pina Picierno, Patricia Lalonde, James Carver, Lars Adaktusson, Doru-Claudian Frunzulică, Laima Liucija Andrikienė u Boris Zala.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias, Hilde Vautmans, Takis Hadjigeorgiou, Ignazio Corrao, Eleftherios Synadinos, Malin Björk u Georgios Epitideios.
Intervent ta': Christos Stylianides.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li għandhom jitressqu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura se jitħabbru aktar tard.