13. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President fakkret li r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ECON biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2017)07684 - 2017/2979(DEA)) (B8-0667/2017) tħabbret fil-plenarja tat-Tnejn 11 ta' Diċembru 2017 (punt 10 tal-Minuti ta' 11.12.2017).
Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal din ir-rakkomandazzjoni fi żmien 24 siegħa kif stabbilit mill-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura.
Konsegwentement, din ir-rakkomandazzjoni titqies approvata u se tkun ippubblikata fit-Testi adottati tas-seduta ta' għada t-13 ta' Diċembru 2017.