Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' Diċembru 2017 - Strasburgu

3. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2015/936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġornament tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda elenkati fl-Anness I għal dak ir-Regolament (C(2017)07289 - 2017/2995(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-29 ta' Novembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (C(2017)07828 - 2017/2994(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-28 ta' Novembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/98 dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku, fir-rigward tal-istokkijiet tal-pixxispad tal-Mediterran (C(2017)07875 - 2017/2996(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-30 ta' Novembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar strumenti finanzjarji derivattivi li jaqdu biss skopijiet ta' ħħeġġjar, tul suffiċjenti ta' ħajjiet il-fondi ta' investiment Ewropej fuq terminu twil, kriterji ta' valutazzjoni tas-suq għal xerrejja potenzjali u l-valwazzjoni tal-assi li għandhom jiġu ċeduti, u t-tipi u l-karatteristiċi tal-faċilitajiet disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur (C(2017)07967 - 2017/2997(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tal-4 ta' Diċembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (C(2017)08261 - 2017/3017(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-11 ta' Diċembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: AGRI

Abbozzi ta' atti delegati li għalihom it-terminu ġie modifikat minn xahar għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji u dwar l-obbligu tan-negozjar għal ċerti derivattivi (C(2017)07684 – 2017/2979(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tas-17 ta' Novembru 2017 fuq talba tal-kumitat responsabbli.

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x'jaqsmu ma' metodoloġiji għall-valwazzjoni tad-differenza fit-trattament fir-riżoluzzjoni (C(2017)07436 – 2017/2969(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Novembru 2017 fuq talba tal-kumitat responsabbli.

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li għandhom x'jaqsmu ma' metodoloġija għall-valutazzjoni tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet jew l-entitajiet (C(2017)07438 – 2017/2970(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Novembru 2017 fuq talba tal-kumitat responsabbli.

Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Avviż legali - Politika tal-privatezza