Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' Diċembru 2017 - Strasburgu

4. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D051054/02 - 2017/3011(RPS) - skadenza: 7 ta' Marzu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ iddikjarati (D053477/01 - 2017/3014(RPS) - skadenza: 8 ta' Marzu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi responsabbiltajiet u kompiti addizzjonali għal-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE, l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE u l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D053753/03 - 2017/2999(RPS) - skadenza: 6 ta' Marzu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: AGRI (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għas-servizzi tat-tindif ta' ġewwa (D053891/02 - 2017/3000(RPS) - skadenza: 6 ta' Marzu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni 2014/312/UE rigward il-perjodu ta' validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għaż-żebgħa u l-verniċ għal ġewwa u barra (D054137/02 - 2017/3010(RPS) - skadenza: 7 ta' Marzu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Direttiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi, permezz tal-adattament tat-Taqsima I.1 tal-Anness I tagħha mal-progress xjentifiku u tekniku (D054150/01 - 2017/3015(RPS) - skadenza: 8 ta' Jannar 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni (D054274/02 - 2017/3013(RPS) - skadenza: 8 ta' Marzu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi responsabbiltajiet u kompiti addizzjonali għal-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-mard tal-krustaċji u l-ħut u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D054464/02 - 2017/2998(RPS) - skadenza: 6 ta' Marzu 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
opinjoni: PECH (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

Avviż legali - Politika tal-privatezza