Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' Diċembru 2017 - Strasburgu

PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

9. Għoti tal-Premju Sakharov (seduta solenni)
CRE

Minn 12.10 sas-12.55, il-Parlament iltaqa' f'seduta solenni fl-okkażjoni tal-għoti tal-Premju Sakharov lill-oppożizzjoni demokratika tal-Venezwela: l-Assemblea Nazzjonali, rappreżentata mill-President tagħha, Julio Borges, u l-priġunieri politiċi kollha elenkati mill-Foro Penal Venezolano (Forum Penali Venezwelan), rappreżentati minn Leopoldo López, Antonio Ledezma, Daniel Ceballos, Yon Goicoechea, Lorent Saleh, Alfredo Ramos u Andrea González.

Qabel ma ngħata l-Premju, il-President ta wkoll merħbha lil Aura Lolita Chávez Ixcaquic, finalista tal-Premju Sakharov 2017, u lil Bethlehem Isaak, bint il-ġurnalista Dawit Isaak, ukoll finalista tal-premju, li ma setax ikun preżenti għax għadu miżmum il-ħabs fl-Eritrea.

Julio Borges u Antonio Ladezma indirizzaw lill-Assemblea f'isem l-oppożizzjoni demokratika tal-Venezwela.

(Ħin li fih ġiet sospiża s-seduta: 12.55.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza