Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 13 ta' Diċembru 2017 - Strasburgu

13. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


13.1. Il-qagħda tan-negozjati mar-Renju Unit (votazzjoni)

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni B8-0676/2017 u B8-0677/2017 (2017/2964(RSP))

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI B8-0676/2017

Rifjut

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI B8-0677/2017

Adozzjoni (P8_TA(2017)0490)

PRESIDENZA: Bogusław LIBERADZKI
Viċi President


13.2. Oġġezzjoni għal att ta' implimentazzjoni: Użu tal-aċidu fosforiku, tal-fosfati, tad-difosfati, tat-trifosfati u tal-polifosfati (E 338-452) f'ċerti preparati tal-laħam iffriżat fuq sfiefed vertikali (votazzjoni)

Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat ENVI, skont l-Artikolu 106(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura, dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-aċidu fosforiku, tal-fosfati, tad-difosfati, tat-trifosfati u tal-polifosfati (E 338-452) f'ċerti preparati tal-laħam iffriżat fuq sfiefed vertikali (D052941/02 - 2017/2920(RPS)) (B8-0666/2017) - Membri responsabbli: Christel Schaldemose u Bart Staes

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament meħtieġa għall-adozzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Rifjut


13.3. Abbozz ta' rakkomandazzjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (votazzjoni)

Abbozz ta' rakkomandazzjoni mressqa skont l-Artikolu 198(12) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Werner Langen, Jeppe Kofod u Petr Ježek, f'isem il-Kumitat ta' Inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjoni u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (2016/3044(RSP)) (B8-0660/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

ABBOZZ TA' RAKKOMANDAZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0491)

Interventi

Jeppe Kofod, Rainer Wieland u Tomáš Zdechovský.


13.4. Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (votazzjoni)

Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni [2017/2123(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Michael Gahler (A8-0351/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0492)


13.5. Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (votazzjoni)

Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni [2017/2121(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: David McAllister (A8-0350/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0493)


13.6. Rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja 2016 u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (votazzjoni)

Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2016 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni [2017/2122(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Godelieve Quisthoudt-Rowohl (A8-0365/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0494)


13.7. Hong Kong, 20 sena wara li għadda f'idejn iċ-Ċina (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar Hong Kong, 20 sena wara li għadda f'idejn iċ-Ċina [2017/2204(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Alyn Smith (A8-0382/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

ABBOZZ TA' RAKKOMANDAZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2017)0495)

Avviż legali - Politika tal-privatezza