Il-President għarraf lill-Assemblea li Leyla Zana, rebbieħa tal-Premju Sakharov fl-1995, tneħħitilha l-kariga ta' membru tal-Parlament Tork. Huwa esprima s-solidarjetà tal-Parlament Ewropew magħha u kkundanna n-natura illegali ta' din it-tneħħija.
Il-President esprima wkoll it-tħassib tiegħu dwar il-ksur bla waqfien tad-drittijiet tal-bniedem li qed iseħħ fit-Turkija li fil-mira tiegħu hemm l-oppożizzjoni politika u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.