10. Atti delegati u miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 105(6) u Artikolu 106(4)(d) tar-Regoli ta' Proċedura)
Bi qbil mal-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għarraf lill-President tal-Parlament li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-konfront ta':
- Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ENVI li ma ssirx oppożizzjoni għall-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni (D054274-02 - 2017/3013(RPS)) (B8-0041/2018)
Jekk tali rakkomandazzjoni ma tkunx is-suġġett ta' oppożizzjoni min-naħa ta' grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx sa mhux aktar tard minn erbgħa u għoxrin siegħa, titqies approvata. Fil-każ kuntrarju, tkun sottoposta għal votazzjoni.
Ir-rakkomandazzjoni hija disponibbli fuq is-sit Europarl għall-perjodu ta' din is-sessjoni parzjali.