Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija, l-assistenza teknika u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (tfassil mill-ġdid) [COM(2016)0616 - C8-0393/2016- 2016/0295(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Klaus Buchner (A8-0390/2017)
Interventi ta': Marietje Schaake (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Christofer Fjellner f'isem il-Grupp PPE, Bernd Lange f'isem il-Grupp S&D, Sander Loones f'isem il-Grupp ECR, Anne-Marie Mineur f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bodil Valero f'isem il-Grupp Verts/ALE, Tiziana Beghin f'isem il-Grupp EFDD, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Alessia Maria Mosca, Daniel Caspary, rigward dak li kien qal reċentement il-Viċi President Ryszard Czarnecki dwar Róża Gräfin von Thun und Hohenstein (il-President interrompiet lill-kelliem biex tinfurmah li kien iddevja mis-suġġett tad-dibattitu u fakkritu fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 162(2) tar-Regolament), Daniel Caspary, li kompla fuq is-suġġett tiegħu qabel ma dar għal dak tad-dibattitu (il-President reġgħet irreferiet għad-dispożizzjonijeit tal-Artikolu 162(2) tar-Regolament, David Martin, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Janusz Zemke, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling u Arne Lietz.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Nicola Caputo, Notis Marias u Georgios Epitideios.
Interventi ta': Cecilia Malmström u Klaus Buchner.