Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 17 ta' Jannar 2018 - Strasburgu

6. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta’ applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti (C(2017)07688 - 2017/3028(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Diċembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda d-Direttiva 2014/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta’ applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti (C(2017)07689 - 2017/3029(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Diċembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda d-Direttiva2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli limitu ta’ applikazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti (C(2017)07691 - 2017/3030(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Diċembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-tabella fil-punt I tal-Anness (C(2017)08320 - 2017/3020(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Diċembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON, LIBE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-AnnessiV u IX tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (C(2017)08351 - 2017/3024(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-14 ta' Diċembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar l-elementi ewlenin tal-kuntratti tal-ħżin tad-dejta li għandhom jiġu konklużi bħala parti minn sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk (C(2017)08415 - 2017/3026(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-15 ta' Diċembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru44/2014, fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-vetturi u r-rekwiżiti ġenerali, u r-Regolament ta’ Delega (UE) Nru134/2014, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-unità tal-propulsjoni għall-approvazzjoni ta’ vetturi b’żewġ jew bi tliet roti u ta’ kwadriċikli (C(2017)08469 - 2017/3025(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-15 ta' Diċembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Estona tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/654 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u ġenerali relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq (C(2017)08514 - 2017/3033(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 ta' Diċembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art fir-rigward tal-bakkaljaw u tal-barbun tat-tbajja’ fis-sajd fil-Baħar Baltiku (C(2017)08521 - 2017/3027(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-18 ta' Diċembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/2358 u r-Regolament Delegat (UE) 2017/2359 f’dak li għandu x’jaqsam mad-dati ta’ applikazzjoni tagħhom (C(2017)08681 - 2017/3032(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-20 ta' Diċembru 2017

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-identifikazzjoni ta' oġġetti speċifiċi tat-tagħmir tal-baħar li jistgħu jibbenefikaw mit-tikkettar elettroniku (C(2017)09017 - 2018/2505(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-9 ta' Jannar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

Abbozzi ta' atti delegati li għalihom it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni C(2017)07834 - 2017/2990(DEA)

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-24 ta' Novembru 2017

Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn supplimentari għat-talba tal-Parlament Ewropew.

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-tabella fil-punt I tal-Anness (C(2017)08320 - 2017/3020(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tat-13 ta' Diċembru 2017

Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahar supplimentari fuq talba tal-Kunsill.

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON, LIBE

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu ġie modifikat minn 1 għal 3 xhur fuq talba tal-kumitat responsabbli:

-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar strumenti finanzjarji derivattivi li jaqdu biss skopijiet ta' ħħeġġjar, tul suffiċjenti ta' ħajjiet il-fondi ta' investiment Ewropej fuq terminu twil, kriterji ta' valutazzjoni tas-suq għal xerrejja potenzjali u l-valwazzjoni tal-assi li għandhom jiġu ċeduti, u t-tipi u l-karatteristiċi tal-faċilitajiet disponibbli għall-investituri fil-livell tal-konsumatur C(2017)07967 – 2017/2997(DEA)

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur mid-data tar-riċeviment tal-4 ta' Diċembru 2017 tat-talba tal-Kumitat responsabbli.
Irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' April 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza