10.1. Il-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija, l-assistenza teknika u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju ***I (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija, l-assistenza teknika u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (tfassil mill-ġdid) [COM(2016)0616 - C8-0393/2016- 2016/0295(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Klaus Buchner (A8-0390/2017)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Intervent ta' Klaus Buchner (rapporteur), wara l-votazzjoni, biex jitlob li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-Kumitat responsabbli għal negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura. Il-Parlament approva t-talba.