Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 17 ta' Jannar 2018 - Strasburgu

15. Atti delegati u miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 105(6) u Artikolu 106(4)(d) tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President fakkar li r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ENVI li ma ssirx oppożizzjoni għal abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni (D054274-02 - 2017/3013(RPS)) (B8-0041/2018) tħabbret fil-plenarja lbieraħ, it-Tlieta 16 ta' Jannar 2018 (punt 10 tal-Minuti ta' 16.1.2018).

Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal din ir-rakkomandazzjoni fi żmien 24 siegħa kif stabbilit mill-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura.

Konsegwentement, din ir-rakkomandazzjoni titqies approvata u se tkun ippubblikata fit-Testi adottati tas-seduta ta' għada, it-18 ta' Jannar 2018.

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' April 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza