2. Nomina ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri - Eva Lindström
Rapport: Indrek Tarand (A8-0003/2018) (Votazzjoni sigrieta (Artikolu 180(a), paragrafu 1, tar-Regoli ta' Proċedura))
Suġġett
VSI, eċċ.
Votazzjoni
VSI/VE - rimarki
votazzjoni: il-kandidatura ta' Eva Lindström
+
588, 43, 48
3. Nomina ta' Membru tal-Qorti tal-Awdituri - Tony James Murphy
Rapport: Indrek Tarand (A8-0002/2018) (Votazzjoni sigrieta (Artikolu 180(a), paragrafu 1, tar-Regoli ta' Proċedura))
Suġġett
VSI, eċċ.
Votazzjoni
VSI/VE - rimarki
votazzjoni: il-kandidatura ta' Tony James Murphy
+
592, 56, 35Ir-rapporteur ippropona emenda orali bil-għan li jdaħħal paragrafu ġdid wara l-paragrafu 1. L-emenda orali ġiet adottata.
Varji
Indrek Tarand ippropona l-emenda orali li ġejja:
"1a) Jistieden lill-Istati Membri biex joqogħdu attenti, u jekk possibbli jieħdu ispirazzjoni mill-mudell ta’ kompetizzjoni miftuħa użat mill-Irlanda, meta jagħżlu l-persuni nnominati tagħhom"
4. Il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ***I
"Fejn il-bur jew l-art agrikola li qabel kienet iddestinata għall-produzzjoni tal-ikel u tal-għalf tinbidel għall-produzzjoni ta' bijokarburanti, id-domanda li ma tkunx għall-karburanti xorta waħda trid tiġi ssodisfata jew bl-intensifikazzjoni tal-produzzjoni attwali jew billi art mhux agrikola tinbidel għall-produzzjoni band'oħra. Dan tal-aħħar jikkostitwixxi tibdil indirett fl-użu tal-art u meta jinvolvi l-bidla ta' art b'ħażna kbira ta' karbonju dan jista' jwassal għal emissjonijiet sinifikanti ta' gassijiet b'effett ta' serra."
it-tieni parti
"L-Istrateġija Ewropea għal mobilità b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju ta' Lulju 2016 ġibdet l-attenzjoni li l-bijokarburanti magħmula mill-ikel għandhom rwol limitat fid-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u għandhom jiġu eliminati b'mod gradwali u sostitwiti minn bijokarburanti avanzati. Bi tħejjija għat-tranżizzjoni għal bijokarburanti avanzati u li jimminimizzaw l-impatti indiretti kumplessivi tat-tibdil fl-użu tal-art, ikun jixraq li jitnaqqas l-ammont ta' bijokarburanti u bijolikwidi prodotti minn għelejjel tal-ikel u l-għalf li jista' jingħadd lejn il-mira tal-Unjoni stabbiliti f'din id-Direttiva filwaqt li ssir distinzjoni bejn bijokarburanti bbażati fuq l-għelejjel b'effiċjenza għolja fir-rigward tal-gassijiet b'effett ta' serra u riskju baxx ta' tibdil indirett fl-użu tal-art. Jenħtieġ li l-iskjerament ta' bijokarburanti u mobbiltà elettrika jitħaffef."
emenda 94
l-ewwel parti
iż-żieda tal-kliem "fuq art mhux użata, marġinali filwaqt li ttejjeb il-qbid tal-karbonju"
it-tieni parti
iż-żieda tal-kliem "inkluż għal prodotti tal-għalf b'livell għoli ta' proteina"
emenda 251
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "tal-agrikoltura, tal-akkwakultura, tas-sajd u tal-forestrija"
it-tieni parti
dan il-kliem
S&D:
emenda 37
l-ewwel parti
"Skont il-karatteristiċi ġeoloġiċi ta' żona, il-produzzjoni tal-enerġija ġeotermika tista' tirrilaxxa gassijiet serra u sustanzi oħra minn fluwidi sotterranji u formazzjonijiet ġeoloġiċi oħra tas-sottoswol. L-investiment għandu jsir biss fil-produzzjoni tal-enerġija ġeotermali b'impatt ambjentali baxx u li tirriżulta fi tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra meta mqabbel mas-sorsi konvenzjonali."
it-tieni parti
"Għalhekk il-Kummissjoni, sa Diċembru 2018, għandha tivvaluta l-ħtieġa ta' proposta leġiżlattiva bl-għan tar-regolamentazzjoni tal-emissjonijiet mill-impjanti ġeotermali tas-sustanzi kollha, inkluż is-CO2, li jikkaġunaw ħsara lis-saħħa u lill-ambjent, kemm waqt il-fażi tal-esplorazzjoni kif ukoll waqt dik operattiva."
EFDD:
emenda 216
l-ewwel parti
"Sabiex tintlaħaq il-mira ta' 12 % tal-konsum finali tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli msemmija fl-Artikolu 3"
it-tieni parti
"l-Istati Membri għandhom jeżiġu, b'effett mill-1 ta' Jannar 2021, li l-fornituri tal-karburanti li jinkludu sehem minimu ta' enerġija minn bijokarburanti avvanzati u bijogass u bijokarburanti oħra prodotti mill-materja prima elenkata fl-Anness IX, minn karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta' oriġini mhux bijoloġika, minn karburanti tal-karbonju riċiklat u minn elettriku rinnovabbli fl-ammont totali ta' karburanti għat-trasport li huma jfornu għall-konsum jew għall-użu fis-suq matul sena kalendarja."
Verts/ALE:
emenda 104
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "jekk prodotti minn flussi ta' skart solidu, skart li ma jistax jerġa' jintuża u li ma jkunx riċiklabbli mekkanikament biss għandu jintuża, b'rispett sħiħ għall-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva 2008/98/KE;"
it-tieni parti
dan il-kliem
emenda 220
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw il-limitu stabbilit fuq il-materja prima inkluża fil-parti B tal-Anness IX jekk ikun ġustifikat b'kont meħud tad-disponibbiltà ta' materja prima. Kwalunkwe modifika għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni."
it-tieni parti
dan il-kliem
emenda 244
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "għall-perjodu ta' wara l-2030"
"Filwaqt li jitqies li l-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2011 dwar il-Pjan tal-Effiċjenza fl-Enerġija (10709/11), issottolinja li l-bini jirrappreżenta 40 % tal-konsum tal-enerġija primarja tal-Unjoni, li jirrappreżenta 50 % tal-enerġija finali, u, sabiex ikun possibbli t-tkabbir ekonomiku u jiġi inkoraġġit l-impjieg f'setturi li jirrikjedu kwalifiki speċjali, jiġifieri fis-settur tal-kostruzzjoni u fis-settur tal-manifattura tal-prodotti tal-kostruzzjoni, kif ukoll f'attivitajiet professjonali bħal dawn, bħall-arkitettura u l-ippjanar urban, u servizzi konsultattivi dwar it-teknoloġiji tat-tisħin u tat-tkessiħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu strateġija fit-tul f'dawn l-oqsma li testendi lil hinn mill-2020"
it-tieni parti
"billi jimmobilizzaw fondi għal investimenti f'termomodernizzar massiv ta' bini residenzjali u pubbliku, kif ukoll fondi għall-kostruzzjoni ta' NZEBs."
PPE:
emenda 100
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kelma: "li għandhom ikunu vinkolanti"
it-tieni parti
din il-kelma
emenda 101
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kelma: "li għandhom ikunu vinkolanti"
it-tieni parti
din il-kelma
emenda 104
l-ewwel parti
"Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija lejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 f'konformità mal-Artikoliv [4] u [6] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]. Il-kontribuzzjonijiet għandhom iqisu l-istadji kollha tas-sistema tal-enerġija, inklużi l-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-użu aħħari, u jistgħu jkunu akkumpanjati minn miżuri ta' politika speċifiċi. Meta jistabbilixxu u jirrevedu l-livell ta' dawk il-kontribuzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 321 Mtoe ta' enerġija primarja jew mhux aktar minn 987 Mtoe ta' enerġija finali bħala bażi ta' riferiment."
it-tieni parti
"Jekk l-iżvilupp ekonomiku jew l-aġġustament strutturali (skont l-indiċi tal-produzzjoni industrijali bbażat fuq id-data tal-Eurostat), l-użu ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli, jew it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 jvarja b'mod sostanzjali mit-tbassir u l-assunzjonijiet użati meta ġew stabbiliti l-miri tal-Unjoni u l-kontribuzzjonijiet nazzjonali lejhom, il-valuri bażi u l-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu aġġustati. Il-kalkolu mill-ġdid tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali għandu jkun effettwat matul l-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima msemmija fl-Artikolu [3] u [13] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]. Kwalunkwe kalkolu mill-ġdid tal-mira tal-Unjoni għandu jsir sena wara s-sottomissjoni tal-aġġornament ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u, jekk ikun meħtieġ, għandu jiġi adottat permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Fejn Stat Membru ma jkunx ibbaża l-kontribuzzjoni tiegħu fuq l-intensità tal-enerġija, jista' jiddikjara li fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu [3] tar-Regolament [UE] XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] il-livell mistenni tiegħu ta' produzzjoni industrijali fl-2030, u sussegwentement jeskludi mill-kontribuzzjoni tiegħu għall-2030 kwalunkwe konsum tal-enerġija li jirriżulta minn eċċess ta' produzzjoni industrijali. Kull esklużjoni bħal din għandha tkun ibbażata fuq l-indiċi tal-produzzjoni industrijali tal-Eurostat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dwar dawk il-kontribuzzjonijiet u kwalunkwe aġġustament li jsirilhom lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima f'konformita mal-proċedura skont l-Artikoli [3] u [7] sa [11] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija].;"
ECR, PPE:
emenda 22
l-ewwel parti
It-test kollu apparti l-kliem: "Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkwantifikaw l-għanijiet tagħhom, jakkumpanjaw l-iskemi tagħhom b'appoġġ finanzjarju adegwat u jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom."
it-tieni parti
dan il-kliem
S&D, Verts/ALE
emenda 118
l-ewwel parti
"Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-miri indikattivi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija li b'mod kumulattiv għandhom jirriflettu l-mira tal-Unjoni għall-2030 imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 u f'konformità mal-Artikoli [4] u [6] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]. Meta jistabbilixxu l-livell ta' dawk il-miri, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li l-konsum tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 ma jridx ikun aktar minn 1 220 Mtoe ta' enerġija primarja u mhux aktar minn 893 Mtoe ta' enerġija finali."
it-tieni parti
"Sabiex – flimkien mal-objettivi prinċipali ta' din id-direttiva kif deskritti fl-Artikolu 1 – ikun hemm aktar tkabbir ekonomiku u industrijali, għandu jkun applikabbli l-mekkaniżmu ta' aġġustament li ġej:"
it-tielet parti
"Jekk id-data tal-Eurostat għall-Valur Miżjud Industrijali fl-2030 tvarja b'aktar minn 10 % mill-valur ta' 2 163,81 (f'biljuni ta' euro – prezzijiet tal-2013), il-mira għall-konsum finali tal-enerġija msemmija fis-subparagrafu preċedenti għandha tiġi aġġustata awtomatikament wara l-varjazzjoni tal-valur miżjud industrijali tal-Unjoni kif imkejjel mill-Eurostat (f'biljuni ta' euro – prezzijiet tal-2013) fl-2030, skont il-formula li ġejja: Il-mira tal-konsum finali tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 = XXX Mtoe + 244 Mtoe* (Valur miżjud industrijali)/XXX Mill-2020 u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi stima riveduta tad-differenza potenzjali bejn il-valur miżjud industrijali preżunt għall-2030 kif użat fil-PRIMES u ċ-ċifra riveduta mistennija, abbażi taċ-ċifri reali aġġornati u miġbura mill-Eurostat u għandha tinkludi stimi riveduti tal-limiti Mtoe totali għall-konsum tal-enerġija finali u primarju fl-2030."
ir-raba' parti
"Sabiex tingħata biżżejjed flessibbiltà lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri nazzjonali indikattivi tagħhom fl-effiċjenza enerġetika u fl-istess ħin jippermettu l-ekonomija tagħhom tiżviluppa u jżidu l-produzzjoni u l-attività industrijali, huma għandhom jitħallew jistabbilixxu l-miri tagħhom abbażi tal-intensità tal-enerġija li hija l-proporzjon bejn il-konsum tal-enerġija u l-prodott domestiku gross (PDG). Il-miri nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija għandhom iqisu l-istadji kollha tal-katina tal-enerġija, inklużi l-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-użu aħħari." apparti l-kelma"indikattivi"
il-ħames parti
"indikattivi"
is-sitt parti
"Jekk Stat Membru jkun qiegħed fit-triq it-tajba biex jaqbeż il-mira nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli tiegħu għall-2030 bi 3 % jew aktar, huwa għandu jikkunsidra jaġġusta l-mira tal-effiċjenza enerġetika nazzjonali tiegħu kif xieraq; l-aġġustament nazzjonali għandu jsir matul l-aġġornament tal-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima previsti fir-Regolament (UE)/20XX [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]."
is-seba' parti
"L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk il-miri bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima f'konformita mal-proċedura skont l-Artikoli [3] u [7] sa [11] tar-Regolament (UE) XX/20XX [il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija]."
Varji
Il-Grupp PPE irtira l-emendi 117, 118, u 119.
Il-Grupp ECR irtira l-emenda 106.
6. Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija ***I
Rapport: Michèle Rivasi, Claude Turmes (A8-0402/2017)
Suġġett
Em Nru
Awtur
VSI, eċċ.
Votazzjoni
VSI/VE - rimarki
Proposta ta' rifjut tal-proposta tal-Kummissjoni
Proposta ta' rifjut tal-proposta tal-Kummissjoni
306
ENF
VSI
-
62, 559, 32
Abbozz ta’ att leġiżlattiv
Emendi mill-kumitat responsabbli - votazzjoni kollettiva
It-test kollu apparti l-kliem: "tal-enerġija nukleari"
it-tieni parti
dan il-kliem
Anness VII – parti 1 – paragrafu m – punt m – punt 1 – punt a – punt ii
(proposta tal-Kummissjoni)
l-ewwel parti
"Biċċiet tas-siġar li jibqgħu fl-art wara l-qtugħ"
it-tieni parti
"(ir-rapportar huwa volontarju)"
PPE:
emenda 10
l-ewwel parti
"Għas-sistema tal-klima, huma l-emissjonijiet antropoġeniċi totali kumulattivi matul iż-żmien li huma rilevanti għall-konċentrazzjoni totali ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-atmosfera. Sabiex ikun hemm konsistenza mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi, jeħtieġ li jiġi analizzat il-baġit globali tal-karbonju li jkun konsistenti mal-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C ogħla mil-livelli pre-industrijali,"
it-tieni parti
"u jiġi stabbilit sehem ġust tal-Unjoni tal-baġit globali tal-karbonju li jifdal għall-Unjoni. L-istrateġiji fit-tul dwar il-klima u l-enerġija jenħtieġ li jkunu konsistenti ma' dak il-baġit tal-karbonju."
emenda 32
l-ewwel parti
"L-Istati Membri jenħtieġ li jiżviluppaw strateġiji fit-tul dwar il-klima u l-enerġija għall-2050 u lil hinn li jidentifikaw il-bidliet f'setturi differenti li huma meħtieġa biex issir qalba lejn sistema tal-enerġija rinnovabbli u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. "L-istrateġiji"
it-tieni parti
"jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar is-sehem ġust tal-baġit globali tal-karbonju li jifdal u"
it-tielet parti
"jenħtieġ li jiġu żviluppati b'mod miftuħ u trasparenti u bl-involviment sħiħ tal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-istrateġiji fit-tul dwar il-klima u l-enerġija u jkunu konsistenti magħhom."
emenda 123PK
(Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b)
l-ewwel parti
"biex jintlaħaq l-għan li ż-żieda tat-temperatura medja globali tinżamm ferm inqas minn 2 °C iktar mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda tat-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C iktar mil-livelli preindustrijali billi l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni jiġu limitati"
it-tieni parti
"għal livell anqas mis-sehem ekwu tagħha tal-baġit globali tal-karbonju li jifdal b'mod kosteffikaċi;"
(Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c)
l-ewwel parti
"biex jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tisħiħ fit-tul tal-assorbimenti minn bjar fis-setturi kollha skont l-għan tal-Unjoni, fil-kuntest tat-tnaqqis meħtieġ skont l-IPCC biex b'mod kosteffikaċi jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni "
it-tieni parti
"u jiżdied l-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra ħalli jintlaħqu l-għanijiet tat-temperatura tal-Ftehim ta' Pariġi sabiex l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra fl-Unjoni jkunu żero sal-2050 u kemm jista' jkun malajr wara dan ikun hemm emissjonijiet netti negattivi;"
(Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a)
l-ewwel parti
"it-tnaqqis totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-titjib totali tal-assorbimenti minn bjar b'mira separata għat-tisħiħ tal-assorbiment minn bjar"
it-tieni parti
" li tkun konsistenti mal-isforzi biex tiġi limitata ż-żieda fit-temperatura skont il-Ftehim ta' Pariġi;"
ECR:
emenda 175PK
(Artikolu 26 – paragrafu 1, 1a, 2, 2a, 2b)
l-ewwel parti
It-test kollu ħlief il-punt 2a
it-tieni parti
Il-punt 2a
PPE, ECR:
emenda 180
l-ewwel parti
"Jekk, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 25(1)(a), il-Kummissjoni tikkonkludi li proġett ta' infrastruttura jista' potenzjalment ikun ta' ostakolu għall-iżvilupp ta' Unjoni tal-Enerġija reżiljenti, il-Kummissjoni għandha toħroġ valutazzjoni preliminari tal-kompatibbiltà tal-proġett mal-għanijiet fit-tul tas-suq intern tal-enerġija,"
it-tieni parti
"b'kunsiderazzjoni partikolari tal-għan fit-tul"
it-tielet parti
"ta' emissjonijiet nett żero sal-2050"
ir-raba' parti
"u tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 28. Qabel ma toħroġ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta Stati Membri oħrajn."