Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 5 ta' Frar 2018 - Strasburgu

6. Kompożizzjoni tal-Parlament

Wara l-mewt ta' Edouard Ferrand, bi qbil mal-Artikolu 4(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti mid-data 2 ta' Frar 2018 u informa l-Istat Membru kkonċernat dwar dan.

°
° ° °

Tatjana Ždanoka avżat bil-miktub bir-riżenja tagħha minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 5 ta' Marzu 2018.

Skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tagħha li tiddekorri mit-tali data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata.

°
° ° °

Viorica Dăncilă ġiet innominata Prim Ministru tar-Rumanija b'effett mid-29 ta' Jannar 2018.

Il-Parlament ħa nota u, skont l-Artikolu 7(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, ikkonstata l-vakanza tas-siġġu tagħha b'effett mid-29 ta' Jannar 2018.

L-awtoritajiet kompetenti Rumeni kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Gabriela Zoană minflok Viorica Dăncilă bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 30 ta' Jannar 2018.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħha.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Gabriela Zoană tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tkun għamlet id-dikjarazzjoni li ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza