Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 7 ta' Frar 2018 - Strasburgu

3. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (approvazzjoni) ((Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura))

Il-President ħabbar li huwa rċieva talba għal votazzjoni mingħand il-Grupp PPE dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat ENVI li jinbdew negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom (COM(2017)0279 – C8-0168/2017 – 2017/0111(COD)) - Rapporteur: Damiano Zoffoli (A8-0010/2018), imħabbra fil-Minuti tat-Tnejn 5 ta' Frar 2018 (punt 10 tal-Minuti ta' 5.2.2018).

Il-President ħabbar ukoll li kien irċieva talba għal votazzjoni mingħand il-Gruppi ENF u EFDD dwar id-deċiżjoni tal-Kumitat LIBE li jinbdew negozjati interistituzzjonali abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta’ sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (COM(2017)0344 – C8-0217/2017 – 2017/0144(COD)) - Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0018/2018), imħabbra fil-Minuti tat-Tnejn 5 ta' Frar 2018 (punt 10 tal-Minuti ta' 5.2.2018).

Il-votazzjoni waqt il-jum tal-għada.

Il-President ħabbar li ma kien irċieva ebda talba mingħand għadd ta' Membri jew minn grupp politiku jew minn diversi gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju rigward id-deċiżjonijiet l-oħra li jinbdew negozjati interistituzzjonali mħabbra fil-Minuti tat-Tnejn 5 ta' Frar 2018 (punt 10 tal-Minuti ta' 5.2.2018).

Il-Kumitati ECON u JURI setgħu b'hekk jibdew in-negozjati wara tmiem l-iskadenza prevista skont l-Artikolu 69(c)(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Settembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza