Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 7 ta' Frar 2018 - Strasburgu

7.1. Tmiem ta' kariga qabel iż-żmien ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew (Ryszard Czarnecki) (votazzjoni)
Rapporti Verbatim

Proposta għal deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, skont l-Artikolu 21 tar-Regoli ta' Proċedura: Tmiem ta' kariga qabel iż-żmien ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew (Ryszard Czarnecki) (punt 5 tal-Minuti ta' 5.2.2018)

(Maġġoranza tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament u 2/3 tal-voti mitfugħa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)
Votazzjoni sigrieta (Artikolu 180a, paragrafu 2 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-lista tal-Membri li vvutaw hija annessa mal-Minuti (Anness 1 tal-Minuti ta' 7.2.2018)

Il-President ippreċiża li, biex tiġi determinata l-maġġoranza ta' 2/3, huma biss il-voti "favur" jew "kontra" li jidħlu fil-kalkolu tal-voti mitfugħa, bi qbil mal-Artikolu 178(3) tar-Regoli ta' Proċedura.

Interventi ta': Ryszard Antoni Legutko, li kkontesta l-mod li bih isir dan il-kalkolu għall-votazzjoni preżenti, din tal-aħħar se ssir abbażi tal-Artikolu 21 tar-Regoli ta' Proċedura (il-President ikkonferma l-applikabilità tal-Artikolu 178 għall-votazzjoni preżenti), u Richard Corbett, Membru tal-Kumitat AFCO, li kien favur l-interpretazzjoni tal-Artikolu 178 mogħtija mill-President.

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI

Adozzjoni

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Settembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza