Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 7 ta' Frar 2018 - Strasburgu

20. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni bil-Grieg tar-Regolament Delegat (UE) 2017/86 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar Mediterran (C(2018)00227 - 2018/2540(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-22 ta' Jannar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: PECH

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda l-AnnessI tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-massa tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2014, l-2015 ul-2016 (C(2018)00228 - 2018/2544(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-23 ta' Jannar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, ITRE (Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għal proċeduri għall-esklużjoni ta' tranżazzjonijiet ma' kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta' aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu (C(2018)00256 - 2018/2547(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 1 xahar, li jiddekorri mid-data ta' riċeviment tal-24 ta' Jannar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ECON

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni dwar is-sistema applikabbli għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' apparat ta' ankraġġ li jintuża fix-xogħol tal-bini u maħsub biex jilqa' milli l-persuni jaqgħu mill-għoli jew li jwaqqaf il-wagħat mill-għoli skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2018)00287 - 2018/2549(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tal-25 ta' Jannar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni bl-Ispanjol tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 li jissupplimenta d-Direttiva2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari (C(2018)00292 - 2018/2543(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tat-23 ta' Jannar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-proteini għall-formula ta' prosegwiment (C(2018)00438 - 2018/2556(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment tad-29 ta' Jannar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-irtirar tal-att delegat li ġej:

- Irtirar tar-regolament delegat (C(2017)06261) tal-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2017 li jikkoreġi l-verżjoni bl-Ispanjol tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta’ ħiters tal-ilma, tankijiet tal-misħun u pakketti magħmulin minn ħiter tal-ilma u minn apparat solari (C(2018)00234 - C(2017)06261 - 2017/2862(DEA))

Data tar-riċeviment: 18 ta' Jannar 2018

Irreferut lill-kumitat responsabbli: ITRE

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Settembru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza