21. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi tar-residwi għal aċibenżolar-S-metil, benżovindiflupir, bifentrin, biksafen, klorantraniliprol, deltametrina, flonikamid, fluważifop-P, isofetamid, metrafenon, pendimetalina u teflubenżuron f’ċerti prodotti jew fuqhom (D054259/02 - 2018/2536(RPS) - skadenza: 20 ta' Marzu 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta' residwu għal klorpirifos, klorpirifos-metil u triklopir f'ċerti prodotti jew fuqhom (D054260/03 - 2018/2538(RPS) - skadenza: 20 ta' Marzu 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar id-dokument ta' referenza settorjali dwar l-aqwa prattiki ta' ġestjoni ambjentali, l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali settorjali u l-parametri referenzjarji ta' eċċellenza għas-settur tal-amministrazzjoni pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (D054598/01 - 2018/2537(RPS) - skadenza: 20 ta' April 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI
- Regolament tal-Kummissjoni li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (D054617/01 - 2018/2539(RPS) - skadenza: 22 ta' April 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN
- Regolament tal-Kummissjoni li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (D054666/02 - 2018/2525(RPS) - skadenza: 17 ta' April 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI opinjoni: AGRI, IMCO
- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (D054854/01 - 2018/2548(RPS) - skadenza: 25 ta' April 2018) irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI