Indiċi 
Minuti
PDF 261kWORD 76k
L-Erbgħa, 28 ta' Frar 2018 - Brussell
1.Tkomplija tas-sessjoni
 2.Ftuħ tas-seduta
 3.Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
 4.Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
 5.Elezzjoni ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew (tressiq tan-nomini)
 6.Kompożizzjoni tal-Parlament
 7.Verifika tal-kredenzjali
 8.Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi
 9.Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
 10.Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
 11.Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)
 12.Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
 13.Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)
 14.Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
 15.Dokumenti mressqa
 16.Ordni tal-ħidma
 17.Is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja, b'mod partikolari f'Ghuta (dibattitu)
 18.Laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Frar 2018 (dibattitu)
 19.Deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (dibattitu)
 20.Il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2018 (dibattitu)
 21.Id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż ***I (dibattitu)
 22.Is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE fl-2016 (dibattitu)
 23.Ħidma u legat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (dibattitu)
 24.L-attivitajiet ta' lobbjar ipprojbiti tal-ex President tal-Kummissjoni s-Sur Barroso, bħal-laqgħa mal-Kummissarju Katainen (dibattitu)
 25.It-tneħħija ta' diversi pajjiżi terzi mil-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa (dibattitu)
 26.Prospettivi u sfidi għas-settur tal-apikultura tal-UE (dibattitu)
 27.Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
 28.L-aġenda tas-seduta li jmiss
 29.Għeluq tas-seduta
 REĠISTRU TAL-ATTENDENZA


PRESIDENZA: Antonio TAJANI
President

1. Tkomplija tas-sessjoni

Is-sessjoni li ġiet interrotta l-Ħamis 8 ta' Frar 2018 tkompliet.


2. Ftuħ tas-seduta

Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 15.04.


3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza

Il-President għamel dikjarazzjoni biex jikkundanna bil-qawwa l-qtil tal-ġurnalist investigattiv Slovakk Ján Kuciak u s-sieħba tiegħu.

Il-Parlament osserva minuta silenzju.

Il-President ikkundanna f'isem il-Parlament il-ħtif ta' madwar mitt żagħżugħa minn Boko Haram, fil-Grigal tan-Niġerja.

Il-President għarraf lill-Parlament li hu għamel intervent quddiem il-Gvern Bulgaru biex jipproteġi d-drittijiet tal-libertà tal-espressjoni tal-Kopresident tal-Grupp Verts/ALE, Ska Keller minħabba inċident li involva lill-Viċi Prim Ministru Bulgaru, Valeri Simeonov.

Interventi ta': Bruno Gollnisch, Cécile Kashetu Kyenge, Lefteris Christoforou u Liliana Rodrigues.


4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti

Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.


5. Elezzjoni ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew (tressiq tan-nomini)

Il-President ħabbar, skont l-Artikolu 15 tar-Regoli ta' Proċedura, li rċieva dawn in-nomini li ġejjin għall-pożizzjoni vakanti ta' Viċi President tal-Parlament Ewropew:

- Zdzisław Krasnodębski, propost mil-Grupp ECR,

- Indrek Tarand, propost minn diversi membri, li laħqu, mill-inqas, il-limitu baxx.

L-elezzjoni se ssir l-għada l-Ħamis l-1 ta' Marzu 2018 fil-11h30 (punt 8.1 tal-Minuti ta' 1.3.2018).


6. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Finlandiżi ħabbru li Hannu Takkula ġie nnominat Membru tal-Qorti tal-Awdituri b'effett mill-1 ta' Marzu 2018.

Intervent ta': Hannu Takkula.

°
° ° °

L-awtoritajiet kompetenti Spanjoli, Finlandiżi u Latvjani ħabbru l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Ana Miranda, Elsi Katainen u ta' Miroslavs Mitrofanovs b'effett mit-28 ta' Frar, l-1 ta' Marzu u l-5 ta' Marzu 2018, li ssostitwixxu lil Iosu Juaristi Abaunz, Hannu Takkula u lil Tatjana Ždanoka, rispettivament.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Ana Miranda, Elsi Katainen u Miroslavs Mitrofanovs jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

°
° ° °

Janusz Korwin-Mikke avża bil-miktub bir-riżenja tiegħu minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 2 ta' Marzu 2018.

Bi qbil mal-Artikolu 4(1) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata li l-post huwa vakanti minn din id-data u informa lill-awtorità nazzjonali kkonċernata dwar dan.


7. Verifika tal-kredenzjali

Fuq proposta tal-Kumitat JURI, il-Parlament iddeċieda li jiddikjara validi l-mandati ta' Geoffroy Didier u Gabriela Zoană, b'effett li jiddekorri mill-1 ta' Diċembru 2017 u t-30 ta' Jannar 2018, rispettivament.


8. Kompożizzjoni tal-gruppi politiċi

David Borrelli ma baqax membru tal-Grupp EFDD b'effett mid-data tat-13 ta' Frar 2018. Hu ħa post fost il-membri mhux affiljati.

Rikke Karlsson ma baqgħetx membru tal-Grupp ECR b'effett mid-data tal-21 ta' Frar 2018. Hi tieħu post fost il-membri mhux affiljati.

Julie Girling u Richard Ashworth ma baqgħux membri tal-Grupp ECR b'effett mid-data tat-28 ta' Frar 2018 u huma ssieħbu mal-Grupp PPE.


9. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet

Fuq talba tal-Gruppi PPE, GUE/NGL u ENF, il-Parlament irratifika l-ħatriet li ġejjin:

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: Geoffroy Didier

Kumitat JURI: Ana Miranda minflok Jiří Maštálka

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti: Ana Miranda

Kumitat AGRI: Jacques Colombier

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija: Jacques Colombier.


10. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Kumitat IMCO, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ online u mill-bogħod ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2017)0637 – C8-0379/2017 – 2015/0288(COD)). Rapporteur: Pascal Arimont (A8-0043/2018)

- Kumitat ITRE, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) (COM(2016)0864 – C8-0495/2016 – 2016/0380(COD)). Rapporteur: Krišjānis Kariņš (A8-0044/2018)

- Kumitat ITRE, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (riformulazzjoni) (COM(2016)0861 – C8-0492/2016 – 2016/0379(COD)). Rapporteur: Krišjānis Kariņš (A8-0042/2018)

- Kumitat ITRE, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (tfassil mill-ġdid) (COM(2016)0863 – C8-0494/2016 – 2016/0378(COD)). Rapporteur: Morten Helveg Petersen (A8-0040/2018)

- Kumitat ITRE, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE (COM(2016)0862 – C8-0493/2016 – 2016/0377(COD)). Rapporteur: Flavio Zanonato (A8-0039/2018)

- Kumitat ITRE, fuq il-bażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE (COM(2017)0294 – C8-0180/2017 – 2017/0125(COD)). Rapporteure: Françoise Grossetête (A8-0037/2018)

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, avant minuit de demain, jeudi 1er mars, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.


11. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President għarraf li, flimkien mal-President tal-Kunsill, iffirma l-Erbgħa 28 ta' Frar 2018 l-att li ġej skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (00064/2017/LEX - C8-0041/2018 - 2016/0152(COD))


12. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament

Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tal-pożizzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijiet parzjali ta' Settembru, Novembru I u II u Diċembru 2017 huma disponibbli fuq is-sit Europarl.


13. Miżuri ta' implimentazzjoni (Artikolu 106 tar-Regoli ta' Proċedura)

Intbagħtu lill-Parlament l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin li jaqgħu taħt il-proċedura regolatorja bi skrutinju:

- Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għat-tneħħija ta' materjali speċifiċi ta' riskju mir-ruminanti żgħar (D048017/06 - 2018/2588(RPS) - skadenza: 20 Mejju 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi l-prinċipji metodoloġiċi għall-valutazzjoni tar-riskju u għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskju msemmija fir-Regolament (KE) Nru 470/2009 (D054961/02 - 2018/2581(RPS) - skadenza: 14 Mejju 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI

- Regolament tal-Kummissjoni (UE) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 847/2000 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodott mediċinali simili" (D055089/02 - 2018/2582(RPS) - skadenza: 14 Mejju 2018)
irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI


14. Atti delegati (Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura)

L-abbozzi ta' atti delegati ntbagħtu lill-Parlament:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-pesti tal-pjanti (C(2018)00595 - 2018/2577(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 7 Frar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI, AGRI (Artikou 54 tar-Regoli ta' Proċedura)

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni ambjentali u tal-unità tal-propulsjoni tal-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-magni tagħhom u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96 (C(2018)00721 - 2018/2580(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 12 Frar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta' importazzjoni addizzjonali ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (C(2018)00775 - 2018/2586(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 19 Frar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: INTA

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jistabbilixxi metodi komuni tas-sikurezza għas-superviżjoni minn awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza wara l-ħruġ ta' ċertifikat tas-sikurezza uniku jew ta' awtorizzazzjoni tas-sikurezza skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1077/2012 (C(2018)00860 - 2018/2585(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 16 Frar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: TRAN

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r- Regolament (UE) 2015/68 fir-rigward ta' rekwiżiti marbuta mas-sistemi tal-ibbrejkar antilokk, mal-apparati ta' ħżin tal-enerġija bi pressjoni għolja u mal-konnessjonijiet idrawliċi tat-tip ta' linja waħda (C(2018)00862 - 2018/2583(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 15 Frar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda u jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) 2015/208 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta' vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (C(2018)00863 - 2018/2584(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 15 Frar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

- Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni dwar is-sistemi applikabbli għall-evalwazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' sandwich panels b'uċuħ metalliċi għall-użu strutturali skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (C(2018)00884 - 2018/2587(DEA))

Terminu għall-oġġezzjonijiet: 3 xhur, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 19 Frar 2018

irriferut lill-kumitat responsabbli: IMCO

Abbozz ta' att delegat li għalih it-terminu għall-oġġezzjonijiet ġie prorogat:

- Regolament Delegat tal-Kummissjoni dwar l-elementi ewlenin tal-kuntratti tal-ħżin tad-dejta li għandhom jiġu konklużi bħala parti minn sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk C(2017)08415 - 2017/3026(DEA)

Terminu għall-oġġezzjonijiet: xahrejn, li jiddekorru mid-data ta' riċeviment ta' 15 Diċembru 2017

Proroga tat-terminu għal oġġezzjoni: xahrejn addizzjonali fuq talba tal-Parlament Ewropew

irriferut lill-kumitat responsabbli: ENVI


15. Dokumenti mressqa

Tressqu d-dokumenti segwenti:

1) mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (fruntieri u viża) u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE, ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, ir-Regolament (UE) 2016/399 u r-Regolament (UE) 2017/2226 (COM(2017)0793 - C8-0002/2018 - 2017/0351(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

AFET, BUDG

- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni) (COM(2017)0794 - C8-0003/2018 - 2017/0352(COD))
F'konformità mal-Artikoli 137(1) u 138(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.

irriferut

responsabbli :

LIBE

opinjoni :

AFET, BUDG

- Abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi s-sustanza psikoattiva ġdida 1-(4-cyanobutyl)-N-(2-fenilpropan-2-yl)-1H-indazol-3-karbossammid (CUMYL-4CN-BINACA) għal miżuri ta' kontroll (05392/2018 - C8-0025/2018 - 2017/0344(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi s-sustanza psikoattiva l-ġdida N-(1-ammino-3-metil-1-ossobutan-2-yl)-1-(ċikloessilmetil)-1H-indażolu-3-karbossamid (AB-CHMINACA) għal miżuri ta' kontroll (05390/2018 - C8-0026/2018 - 2017/0341(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi s-sustanza psikoattiva l-ġdida N-(4-fluorofenil)-2-methil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-il)propanammid (4-fluoroisobutirilfentanil) għal miżuri ta' kontroll (05386/2018 - C8-0027/2018 - 2017/0339(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi s-sustanza psikoattiva l-ġdida N-(1-ammino-3,3-dimetil-1-ossobutan-2-il)-1-(ċikloessilmetil)-1H-indażolu-3-karbossammid (ADB-CHMINACA) għal miżuri ta' kontroll (05387/2018 - C8-0028/2018 - 2017/0340(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi s-sustanza psikoattiva l-ġdida N-fenil-N-[1-(2-feniletil)piperidin-4-yl]ossolan-2-karbossammid (tetraidrofuranilfentanil; THF-F) għal miżuri ta' kontroll (05395/2018 - C8-0029/2018 - 2017/0342(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi s-sustanza psikoattiva ġdida metil-2-{[1-(5-fluoropentil)-1H-indazol-3-karbonil]ammino}-3,3-dimetilbutanoat (5F-MDMB-PINACA) għal miżuri ta' kontroll (05394/2018 - C8-0030/2018 - 2017/0346(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara applikazzjoni mill-Ġermanja – EGF/2017/008DE/Goodyear (COM(2018)0061 - C8-0031/2018 - 2018/2025(BUD))

irriferut

responsabbli :

BUDG

opinjoni :

EMPL, REGI

- Abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tissottoponi s-sustanza psikoattiva l-ġdida metil 1-(2-feniletil)-4-[fenil(propanoyl)ammino]piperidine-4-karbossilat (karfentanil) għal miżuri ta’ kontroll (05393/2018 - C8-0032/2018 - 2017/0345(NLE))

irriferut

responsabbli :

LIBE

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (12564/2017 - C8-0033/2018 - 2017/0185(NLE))

irriferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

INTA

- Lista ta' kandidati biex jieħdu post seba' membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, kif approvata mill-Kummissjoni f'Jannar 2018 (05638/2018 - C8-0035/2018 - 2018/0803(NLE))

irriferut

responsabbli :

ENVI

- Proposta għall-ħatra ta' membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u ta' Direttur tal-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet rigward ir-Riżoluzzjoni (N8-0052/2018 - C8-0036/2018 - 2018/0901(NLE))

irriferut

responsabbli :

ECON

- Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta Ewropea tal-Computing ta' Prestazzjoni Għolja (COM(2018)0008 - C8-0037/2018 - 2018/0003(NLE))

irriferut

responsabbli :

ITRE

opinjoni :

BUDG

- Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (10209/1/2012 - C8-0038/2018 - 2010/0310(NLE))

irriferut

responsabbli :

AFET

opinjoni :

DEVE, INTA

2) mill-kumitati parlamentari

- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni (08054/2017 - C8-0338/2017 - 2017/0075(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0008/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-introjtu nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq ("ir-Regolament dwar l-ING") li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (COM(2017)0329 - C8-0192/2017 - 2017/0134(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0009/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom (COM(2017)0279 - C8-0168/2017 - 2017/0111(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Damiano Zoffoli (A8-0010/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0798 - C8-0525/2016 - 2016/0399(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: József Szájer (A8-0012/2018)

- Rapport Prospettivi u sfidi għas-settur tal-apikultura tal-UE (2017/2115(INI)) - Kumitat AGRI - Rapporteur: Norbert Erdős (A8-0014/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365 (COM(2016)0856 - C8-0484/2016 - 2016/0365(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteurs: Jakob von Weizsäcker, Kay Swinburne (A8-0015/2018)

- * Rapport dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti transkonfinali rapportabbli (COM(2017)0335 - C8-0195/2017 - 2017/0138(CNS)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Emmanuel Maurel (A8-0016/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta' sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (COM(2017)0344 - C8-0217/2017 - 2017/0144(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Daniel Dalton (A8-0018/2018)

- Rapport dwar l-Unjoni Bankarja – Rapport Annwali 2017 (2017/2072(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Sander Loones (A8-0019/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti ġuridiċi li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0799 - C8-0524/2016 - 2016/0400(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: József Szájer (A8-0020/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (COM(2016)0750 - C8-0496/2016 - 2016/0392(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Pilar Ayuso (A8-0021/2018)

- Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE għat-62 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa (2017/2194(INI)) - Kumitat FEMM - Rapporteurs: Ángela Vallina, Izaskun Bilbao Barandica (A8-0022/2018)

- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2016/97 rigward id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni tal-Istati Membri (COM(2017)0792 - C8-0449/2017 - 2017/0350(COD)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Werner Langen (A8-0024/2018)

- Rapport dwar ir-Rapport Annwali dwar is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE fl-2016 (2017/2125(INI)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Frank Engel (A8-0025/2018)

- * Rapport dwar il-ħatra proposta ta' Annemie Turtelboom bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (05161/2018 - C8-0008/2018 - 2018/0801(NLE)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Indrek Tarand (A8-0027/2018)

- Rapport dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0052/2018 - C8-0036/2018 - 2018/0901(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Roberto Gualtieri (A8-0030/2018)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata mill-Iżvezja – EGF/2017/007 SE/Ericsson) (COM(2017)0782 - C8-0010/2018 - 2018/2012(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Urmas Paet (A8-0032/2018)

- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni ppreżentata minn Spanja – EGF/2017/006/Galicia apparel) (COM(2017)0686 - C8-0011/2018 - 2018/2014(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Esteban González Pons (A8-0033/2018)

- Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar il-qtugħ tas-sorsi ta' dħul għall-Ġiħadisti - nindirizzaw il-finanzjament tat-terroriżmu (2017/2203(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Javier Nart (A8-0035/2018)


16. Ordni tal-ħidma

L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Frar II (PE 617.959/PDOJ) tqassam.

Wara konsultazzjoni tal-Gruppi Politiċi, il-President ippropona dawn il-modifiki li ġejjin (Artikolu 149a tar-Regoli ta' Proċedura):

L-Erbgħa

Dikjarazzjoni tal-President - Is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja, b'mod partikolari f'Ghuta, segwita minn ċiklu ta' interventi tal-gruppi politiċi, żdiedet bħala l-ewwel punt tal-aġenda.

Se tkun segwita minn dibattitu dwar laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Frar 2018.

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2018 żdiedet bħala r-raba' punt tal-aġenda.

Id-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Prospettivi tal-UE għall-ewwel laqgħa tal-Kunsill Konġunt UE-Kuba (punt 29 tal-PDOJ) ġiet posposta.

Il-Ħamis

L-ordni tal-ewwel żewġ punti tal-aġenda nqaleb: ir-rapport Loones (punt 4 tal-PDOJ) se jkun l-ewwel punt tal-aġenda u r-rapport Maurel se jkun it-tieni (punt 14 tal-PDOJ).

Diskors ta' Nils Muižnieks, Kummissarju għad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa żdied fil-11h30 qabel il-votazzjonijiet.

Il-punti li ġejjin żdiedu fil-votazzjonijiet:

- Rapport ta' Roberto Gualtieri dwar il-ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (A8-0030/2018)

- Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) (B8-0122/2018)

- Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 (B8-0124/2018).

Il-Parlament approva dawn il-modifiki.

L-Erbgħa

Talba tal-Grupp GUE/NGL biex tiżdied bħala t-tmien punt, wara d-dikjarazzjoni dwar il-Ħidma u legat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (punt 30 tal-PDOJ), dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta' lobbjar ipprojbiti tal-ex President tal-Kummissjoni s-Sur Barroso, bħal-laqgħa mal-Kummissarju Katainen.

Intervent ta': Dennis de Jong f'isem il-Grupp GUE/NGL, biex jippreżenta t-talba.

B'sejħa tal-ismijiet (241 favur, 133 kontra, 8 astensjonijiet) il-Parlament approva t-talba.

Intervent ta': Victor Boştinaru biex jinforma li hu xtaq jivvota favur.

Il-Ħamis

Talba tal-Grupp ENF biex jiddaħħal fl-aġenda dibattitu konġunt dwar il-ġiħadisti li jinkludi, flimkien mar-rapport Javier Nart (punt 16 tal-PDOJ), dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "nisa ta' ġiħadisti li jerġgħu lura fl-Ewropa".

Intervent ta': Janice Atkinson f'isem il-Grupp ENF, biex tippreżenta t-talba.

Il-Parlament irrifjuta t-talba.

L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.


17. Is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja, b'mod partikolari f'Ghuta (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament: Is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja, b'mod partikolari f'Ghuta (2018/2602(RSP))

Il-President għamel id-dikjarazzjoni.

Intervent ta': Christos Stylianides (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE (il-President fakkar ukoll fir-rwol tat-terroristi ta' Daesh fil-kunflitt), Victor Boştinaru f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Marietje Schaake f'isem il-Grupp ALDE, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, u Nicolas Bay f'isem il-Grupp ENF.

Intervent ta': Christos Stylianides.

Id-dibattitu ngħalaq.


18. Laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Frar 2018 (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kunsill: Laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Frar 2018 (2018/2575(RSP))

Il-President għamel dikjarazzjoni biex jintroduċi d-dibattitu.

Intervent ta': Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, Syed Kamall f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Neoklis Sylikiotis f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gerard Batten f'isem il-Grupp EFDD, Marcel de Graaff f'isem il-Grupp ENF, u Krisztina Morvai Membru mhux affiljata.

PRESIDENZA: Pavel TELIČKA
Viċi President

Interventi ta': Elmar Brok, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Hans-Olaf Henkel, Maria João Rodrigues, Hans-Olaf Henkel, Harald Vilimsky, Danuta Maria Hübner, Isabelle Thomas, Monica Macovei, Janice Atkinson, Jan Olbrycht, Josef Weidenholzer, Jeppe Kofod, Pedro Silva Pereira, Daniele Viotti u Costas Mavrides.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Lefteris Christoforou, Michaela Šojdrová, Paulo Rangel, Juan Fernando López Aguilar, Notis Marias, Nikolaos Chountis u Georgios Epitideios.

Intervent ta': Frans Timmermans.

Id-dibattitu ngħalaq.


19. Deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (2018/2541(RSP))

Frans Timmermans (l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Intervent ta': Roberta Metsola f'isem il-Grupp PPE.

PRESIDENZA: Rainer WIELAND
Viċi President

Interventi ta': Josef Weidenholzer f'isem il-Grupp S&D, Ryszard Antoni Legutko f'isem il-Grupp ECR, Sophia in 't Veld f'isem il-Grupp ALDE, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Nigel Farage f'isem il-Grupp EFDD, Stanisław Żółtek f'isem il-Grupp ENF, u Janusz Korwin-Mikke Membru mhux affiljat.

Intervent ta': Frans Timmermans.

Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa sabiex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura:

—   Claude Moraes, f'isem il-Kumitat LIBE, dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (2018/2541(RSP)) (B8-0119/2018);

—   Ryszard Antoni Legutko, f'isem il-Grupp ECR, dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (2018/2541(RSP)) (B8-0120/2018);

—   Auke Zijlstra, Nicolas Bay, Janice Atkinson, Lorenzo Fontana, Gilles Lebreton u Harald Vilimsky, f'isem il-Grupp ENF, dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (2018/2541(RSP)) (B8-0121/2018).

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.13 tal-Minuti ta' 1.3.2018.


20. Il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2018 (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà: Il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2018 (2018/2603(RSP))

Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Interventi ta': Andrzej Grzyb f'isem il-Grupp PPE, Pier Antonio Panzeri f'isem il-Grupp S&D, Petras Auštrevičius f'isem il-Grupp ALDE, Javier Couso Permuy f'isem il-Grupp GUE/NGL, Barbara Lochbihler f'isem il-Grupp Verts/ALE, Cristian Dan Preda, Liliana Rodrigues u Francis Zammit Dimech.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Doru-Claudian Frunzulică, Seán Kelly, Jean-Paul Denanot, Notis Marias u Costas Mavrides.

Intervent ta': Phil Hogan.

Id-dibattitu ngħalaq.


21. Id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż ***I (dibattitu)

Rapport dwar il-proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż [COM(2016)0750 - C8-0496/2016 - 2016/0392(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel. Rapporteur: Pilar Ayuso (A8-0021/2018)

Pilar Ayuso ippreżentat ir-rapport.

Intervent ta': Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Nicola Danti (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Sofia Ribeiro (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI), Renate Sommer f'isem il-Grupp PPE, Susanne Melior f'isem il-Grupp S&D, Ulrike Müller f'isem il-Grupp ALDE, Lynn Boylan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Marco Zullo f'isem il-Grupp EFDD, Seán Kelly, Pavel Poc, Herbert Dorfmann, Carlos Zorrinho, Dubravka Šuica u Miroslav Mikolášik.

Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Michaela Šojdrová.

PRESIDENZA: Pavel TELIČKA
Viċi President

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Clara Eugenia Aguilera García, Marc Tarabella, Notis Marias, Maria Gabriela Zoană, Doru-Claudian Frunzulică u Georgios Epitideios.

Interventi ta': Phil Hogan u Pilar Ayuso.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.7 tal-Minuti ta' 1.3.2018.


22. Is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE fl-2016 (dibattitu)

Rapport dwar is-Sitwazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE fl-2016 [2017/2125(INI)] - Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern. Rapporteur: Frank Engel (A8-0025/2018)

Frank Engel ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Věra Jourová (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Anna Záborská f'isem il-Grupp PPE, Cécile Kashetu Kyenge f'isem il-Grupp S&D, Branislav Škripek f'isem il-Grupp ECR, Cecilia Wikström f'isem il-Grupp ALDE, Kostas Chrysogonos f'isem il-Grupp GUE/NGL, Bodil Valero f'isem il-Grupp Verts/ALE, Bruno Gollnisch Membru mhux affiljat, Csaba Sógor, Josef Weidenholzer, Eleftherios Synadinos, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Anna Hedh, Udo Voigt, Carlos Coelho u Juan Fernando López Aguilar.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Maria Gabriela Zoană, Ruža Tomašić, Notis Marias, Ramon Tremosa i Balcells, Kateřina Konečná u Krisztina Morvai.

Interventi ta': Věra Jourová u Frank Engel.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.14 tal-Minuti ta' 1.3.2018.


PRESIDENZA: Ioan Mircea PAŞCU
Viċi President

23. Ħidma u legat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: Ħidma u legat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja (2018/2530(RSP))

Monika Panayotova (President fil-kariga tal-Kunsill) u Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Dubravka Šuica f'isem il-Grupp PPE, Victor Boştinaru f'isem il-Grupp S&D, Ruža Tomašić f'isem il-Grupp ECR, Ivan Jakovčić f'isem il-Grupp ALDE, Helmut Scholz f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sotirios Zarianopoulos Membru mhux affiljat, Željana Zovko, Tonino Picula u Eugen Freund.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Marijana Petir, Notis Marias, Jozo Radoš, Ivica Tolić, Jasenko Selimovic u Ivana Maletić.

Interventi ta': Phil Hogan u Monika Panayotova.

Id-dibattitu ngħalaq.


24. L-attivitajiet ta' lobbjar ipprojbiti tal-ex President tal-Kummissjoni s-Sur Barroso, bħal-laqgħa mal-Kummissarju Katainen (dibattitu)

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: L-attivitajiet ta' lobbjar ipprojbiti tal-ex President tal-Kummissjoni s-Sur Barroso, bħal-laqgħa mal-Kummissarju Katainen (2018/2605(RSP))

Jyrki Katainen (Viċi President tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.

Interventi ta': Paulo Rangel f'isem il-Grupp PPE, Ana Gomes f'isem il-Grupp S&D, Marian Harkin f'isem il-Grupp ALDE, Dennis de Jong f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ENF, u Pervenche Berès.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Jean-Paul Denanot, Notis Marias, Krisztina Morvai u Elly Schlein.

Intervent ta': Jyrki Katainen.

Id-dibattitu ngħalaq.

PRESIDENZA: Evelyne GEBHARDT
Viċi President


25. It-tneħħija ta' diversi pajjiżi terzi mil-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa (dibattitu)

Dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni: It-tneħħija ta' diversi pajjiżi terzi mil-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa (2017/2564(RSP))

Monika Panayotova (President fil-kariga tal-Kunsill) u Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni) għamlu d-dikjarazzjonijiet.

Interventi ta': Theodor Dumitru Stolojan f'isem il-Grupp PPE, Pervenche Berès f'isem il-Grupp S&D, Petr Ježek f'isem il-Grupp ALDE, Martin Schirdewan f'isem il-Grupp GUE/NGL, Sven Giegold f'isem il-Grupp Verts/ALE, David Coburn f'isem il-Grupp EFDD, Bernard Monot f'isem il-Grupp ENF, Othmar Karas, Peter Simon, Marco Valli, Jeppe Kofod, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Molly Scott Cato, Dariusz Rosati u Paul Tang, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' David Coburn.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Juan Fernando López Aguilar, Notis Marias, Paloma López Bermejo, Ernest Urtasun, Nicola Caputo u Molly Scott Cato.

Interventi ta': Phil Hogan u Monika Panayotova.

Id-dibattitu ngħalaq.


26. Prospettivi u sfidi għas-settur tal-apikultura tal-UE (dibattitu)

Rapport dwar il-prospettivi u sfidi għas-settur tal-apikultura tal-UE [2017/2115(INI)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Norbert Erdős (A8-0014/2018)

Norbert Erdős ippreżenta r-rapport.

Intervent ta': Phil Hogan (Membru tal-Kummissjoni).

Interventi ta': Mireille D'Ornano (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Daniel Buda f'isem il-Grupp PPE, Momchil Nekov f'isem il-Grupp S&D, Arne Gericke f'isem il-Grupp ECR, Ulrike Müller f'isem il-Grupp ALDE, Maria Lidia Senra Rodríguez f'isem il-Grupp GUE/NGL, Molly Scott Cato f'isem il-Grupp Verts/ALE, Marco Zullo f'isem il-Grupp EFDD, Marijana Petir, Jean-Paul Denanot, Thomas Waitz, John Stuart Agnew, Czesław Adam Siekierski, Pavel Poc u Daciana Octavia Sârbu.

Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Othmar Karas, Maria Gabriela Zoană, Notis Marias, Ivan Jakovčić u Krisztina Morvai.

Interventi ta': Phil Hogan u Norbert Erdős.

Id-dibattitu ngħalaq.

Votazzjoni: punt 8.15 tal-Minuti ta' 1.3.2018.


27. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika

Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 163 tar-Regoli ta' Proċedura:

Jiří Pospíšil, Anna Záborská, Konstantinos Papadakis, Demetris Papadakis, Branislav Škripek, Izaskun Bilbao Barandica, Maria Lidia Senra Rodríguez, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Notis Marias, Ivan Jakovčić, Ángela Vallina, Sotirios Zarianopoulos, Daniel Buda, Sergio Gutiérrez Prieto, Matt Carthy, Andrea Bocskor, John Howarth, Paloma López Bermejo, Csaba Sógor, Maria Gabriela Zoană, Marijana Petir, Răzvan Popa, László Tőkés, Ivan Štefanec u Stanislav Polčák.


28. L-aġenda tas-seduta li jmiss

L-aġenda tas-seduta tal-għada ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 617.959/OJJE).


29. Għeluq tas-seduta

Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 23.12.

Klaus Welle

Antonio Tajani

Segretarju Ġenerali

President


REĠISTRU TAL-ATTENDENZA

Preżenti:

Adaktusson, Ademov, Adinolfi, Affronte, Aguilera García, Aiuto, Aker, Albrecht, Ali, Alliot-Marie, Anderson Lucy, Anderson Martina, Andersson, Andrikienė, Androulakis, Arena, Arimont, Arnautu, Arnott, Ashworth, Assis, Atkinson, Auštrevičius, Ayala Sender, Ayuso, Bach, Balas, Balčytis, Balczó, Balz, Barekov, Batten, Bay, Bayet, Becerra Basterrechea, Becker, Belet, Bendtsen, Benifei, Benito Ziluaga, Beňová, Berès, Bilbao Barandica, Bilde, Bizzotto, Björk, Blanco López, Blinkevičiūtė, Bocskor, Böge, Bogovič, Bonafè, Boni, Borghezio, Borzan, Boştinaru, Bours, Boutonnet, Bové, Boylan, Briano, Brok, Buda, Bullmann, Buşoi, Buzek, Cabezón Ruiz, Cadec, Calvet Chambon, van de Camp, Caputo, Carthy, Carver, Casa, Caspary, Charanzová, Chauprade, Chountis, Christensen, Christoforou, Chrysogonos, Clune, Coburn, Coelho, Colombier, Corazza Bildt, Corbett, Cornillet, Corrao, Costa, Couso Permuy, Cramer, Cristea, Csáky, Czarnecki, Czesak, van Dalen, Dalli, Dalton, Dalunde, D'Amato, Dance, Danti, (The Earl of) Dartmouth, De Castro, Delahaye, Deli, Delli, Delvaux, Demesmaeker, De Monte, Denanot, Deprez, Deß, Detjen, Deva, Diaconu, Díaz de Mera García Consuegra, Didier, Dlabajová, Dodds, Dohrmann, Dorfmann, Dzhambazki, Eck, Eickhout, Elissen, Engel, Epitideios, Erdős, Ernst, Estaràs Ferragut, Evans, Evi, Farage, Faria, Ferber, Fernandes, Fernández, Finch, Fisas Ayxelà, Fjellner, Flanagan, Fleckenstein, Florenz, Forenza, Fotyga, Fountoulis, Fox, Freund, Frunzulică, Gahler, Gambús, García Pérez, Gardiazabal Rubial, Gardini, Gebhardt, Geier, Gericke, Geringer de Oedenberg, Giegold, Gierek, Gieseke, Gill Neena, Gill Nathan, Giménez Barbat, Girling, Giuffrida, Goddyn, Goerens, Gollnisch, Gomes, González Peñas, González Pons, Gosiewska, de Graaff, Grammatikakis, de Grandes Pascual, Grapini, Gräßle, Graswander-Hainz, Griesbeck, Grigule-Pēterse, Grossetête, Grzyb, Gualtieri, Guerrero Salom, Guillaume, Guoga, Guteland, Gutiérrez Prieto, Hadjigeorgiou, Halla-aho, Hannan, Harkin, Hautala, Hayes, Hazekamp, Hedh, Henkel, Herranz García, Heubuch, Hohlmeier, Hökmark, Hölvényi, Hookem, Hortefeux, Howarth, Hübner, Hudghton, Huitema, Hyusmenova, in 't Veld, Ivan, Iwaszkiewicz, Jaakonsaari, Jäätteenmäki, Jahr, Jakovčić, Jalkh, James, Járóka, Jáuregui Atondo, Jávor, Jazłowiecka, Ježek, Jiménez-Becerril Barrio, Joly, de Jong, Jongerius, Jurek, Juvin, Kadenbach, Kaili, Kallas, Kalniete, Kammerevert, Kappel, Karas, Kari, Kariņš, Karlsson, Karski, Kaufmann, Kefalogiannis, Kelam, Keller Jan, Keller Ska, Kelly, Khan, Kirton-Darling, Klinz, Kłosowski, Koch, Kofod, Kohlíček, Kohn, Kölmel, Konečná, Korwin-Mikke, Kósa, Kouloglou, Kouroumbashev, Kovatchev, Kozłowska-Rajewicz, Krasnodębski, Krehl, Krupa, Kudrycka, Kuhn, Kukan, Kumpula-Natri, Kuneva, Kuźmiuk, Kyenge, Kyllönen, Kyuchyuk, Lamassoure, Lambert, Lange, de Lange, Langen, Lavrilleux, Lebreton, Lechevalier, Le Hyaric, Leinen, Lenaers, Lewandowski, Liberadzki, Liese, Lietz, Lins, Lochbihler, Loiseau, Loones, Lope Fontagné, López, López Aguilar, López Bermejo, López-Istúriz White, Lösing, Lucke, Ludvigsson, Łybacka, McAllister, McAvan, McClarkin, McGuinness, McIntyre, Macovei, Maletić, Malinov, Maltese, Mamikins, Maňka, Mann, Marcellesi, Marias, Marinescu, Marinho e Pinto, Martin David, Martin Dominique, Martin Edouard, Maštálka, Matias, Mato, Mavrides, Maydell, Mayer Georg, Mayer Alex, Mazuronis, Mélin, Melior, Meszerics, Metsola, Meuthen, Michel, Michels, Mihaylova, Mikolášik, Millán Mon, van Miltenburg, Mineur, Miranda, Mizzi, Mlinar, Moi, Moisă, Molnár, Monot, Moraes, Morano, Morgano, Morin-Chartier, Morvai, Müller, Mureşan, Nagtegaal, Nagy, Nekov, Neuser, Nica, Nicholson, Nicolai, Niebler, Niedermayer, Niedermüller, van Nistelrooij, Obermayr, O'Flynn, Olbrycht, Ożóg, Pabriks, Padar, Palmer, Panzeri, Papadakis Demetris, Papadakis Konstantinos, Papadimoulis, Parker, Paşcu, Pavel, Pedicini, Peillon, Peterle, Petersen, Petir, Picierno, Picula, Pietikäinen, Pimenta Lopes, Piotrowski, Pirinski, Pitera, Plura, Poc, Poche, Polčák, Popa, Pospíšil, Post, Preda, Preuß, Proust, Quisthoudt-Rowohl, Radoš, Radtke, Rangel, Rebega, Reding, Regner, Reid, Reimon, Reintke, Revault d'Allonnes Bonnefoy, Ribeiro, Ries, Riquet, Rochefort, Rodrigues Liliana, Rodrigues Maria João, Rodríguez-Piñero Fernández, Rohde, Rolin, Ropė, Rosati, Rozière, Ruas, Rübig, Ruohonen-Lerner, Saïfi, Sakorafa, Salafranca Sánchez-Neyra, Salini, Sánchez Caldentey, Sander, Sant, dos Santos, Sargentini, Saryusz-Wolski, Saudargas, Schaake, Schaffhauser, Schaldemose, Schirdewan, Schlein, Schmidt, Scholz, Schöpflin, Schreijer-Pierik, Schulze, Schuster, Schwab, Scott Cato, Sehnalová, Selimovic, Senra Rodríguez, Serrão Santos, Siekierski, Silva Pereira, Simon Peter, Sippel, Škripek, Škrlec, Smith, Smolková, Sógor, Šojdrová, Solé, Šoltes, Sommer, Spinelli, Staes, Starbatty, Štefanec, Štětina, Stevens, Stihler, Stolojan, Šuica, Šulin, Svoboda, Swinburne, Sylikiotis, Synadinos, Szájer, Szanyi, Szejnfeld, Tajani, Takkula, Tănăsescu, Tang, Tannock, Țapardel, Tarabella, Tarand, Telička, Theocharous, Thomas, Thun und Hohenstein, Toia, Tőkés, Tolić, Tomaševski, Tomašić, Tomc, Toom, Torres Martínez, Torvalds, Tošenovský, Trebesius, Tremosa i Balcells, Troszczynski, Trüpel, Ţurcanu, Turmes, Ujazdowski, Ujhelyi, Ulvskog, Ungureanu, Urtasun, Urutchev, Uspaskich, Vaidere, Vajgl, Vălean, Valenciano, Valero, Valli, Vallina, Van Bossuyt, Van Brempt, Vandenkendelaere, Van Orden, Vaughan, Vautmans, Väyrynen, Vergiat, Verheyen, Viegas, Vieu, Vilimsky, Viotti, Virkkunen, Vistisen, Voigt, Voss, Vozemberg-Vrionidi, Waitz, Wałęsa, Weber Renate, Weidenholzer, Wenta, Westphal, Wieland, Wikström, Winkler Hermann, Winkler Iuliu, Wiśniewska, Wölken, Záborská, Zammit Dimech, Zanonato, Zarianopoulos, Ždanoka, Zdechovský, Zdrojewski, Zeller, Zemke, Zijlstra, Zīle, Zimmer, Złotowski, Zoană, Zoffoli, Żółtek, Zorrinho, Zovko, Zullo, Zver, Zwiefka

Skużati:

Albiol Guzmán, Cavada, Childers, Chinnici, Crowley, Händel, Jamet, Le Pen, Nilsson, Ponga, Punset, Žitňanská

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Mejju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza