Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 12 ta' Marzu 2018 - Strasburgu

3. Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza
Rapporti Verbatim

Il-President għamel dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni umanitarja drammatika fis-Sirja, b'mod partikolari fir-rigward tal-popolazzjoni ċivili fil-Lvant ta' Ghouta, u fakkar fil-kundanna qawwija tiegħu dwar l-atti barbari, it-tindif etniku u l-massakri ta' nies innoċenti, filwaqt li fformula appell solenni għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Nru 2401 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja.

Il-President għamel ukoll dikjarazzjoni dwar il-Jum Internazzjoni tan-Nisa, u fakkar fl-impenn tal-Parlament fil-ġlieda għall-ugwaljanza tad-drittijiet tan-nisa u tal-irġiel. Il-ġlieda kontra l-vjolenza fil-konfront tan-nisa hija wkoll tal-ogħla importanza għall-Parlament. Huwa rringrazzja lill-Membri Terry Reintke, Elly Schlein u Edouard Martin kif ukoll lill-persunal tal-Parlament talli ħejjew żewġ petizzjonijiet dwar dan is-suġġett. Il-President ħabbar li, x'aktarx, il-Bureau llejla jadotta ġabra ta' miżuri maħsuba għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fastidju sesswali fl-istituzzjoni tagħna.

°
° ° °

Interventi ta' Notis Marias, dwar id-detenzjoni illegali ta' żewġ militari Griegi fit-Turkija (Il-President impenja ruħu li jsegwi l-każ personalment u li jikkuntattja lill-ambaxxatur tat-Turkija biex jikseb aktar informazzjoni), Bruno Gollnisch, dwar il-ksur tal-kunfidenzjalità tal-posta elettronika tal-Membri (Il-President stieden lill-kelliem biex jipprovdilu aktar informazzjoni), Ana Miranda, dwar id-detenzjoni tal-ex Membru tal-Parlament Ewropew Marek Jurek u Oriol Junqueras biex jitlob it-tneħħija ta' tabella mill-bini tal-Parlament li, fil-fehma tiegħu, hija ta' dannu għas-sensibbiltà reliġjuża għall-fidili (Il-President ser jibgħat it-talba lill-Kwesturi).

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza