Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 12 ta' Marzu 2018 - Strasburgu

9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2016/97 rigward id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' traspożizzjoni tal-Istati Membri (00001/2018/LEX - C8-0106/2018 - 2017/0350(COD));

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (00063/2017/LEX - C8-0105/2018 - 2015/0148(COD));

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni (00065/2017/LEX - C8-0100/2018 - 2016/0275(COD));

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (00066/2017/LEX - C8-0099/2018 - 2016/0274(COD)).

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Marzu 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza