Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tlieta, 13 ta' Marzu 2018 - Strasburgu

PRESIDENZA: Dimitrios PAPADIMOULIS
Viċi President

7. Ħin tal-votazzjonijiet
CRE

Ir-riżultati ddettaljati tal-votazzjonijiet (emendi, votazzjonijiet separati u votazzjonijiet maqsuma, eċċ.) jidhru fl-Anness “Riżultati tal-Votazzjonijiet”, mehmuż mal-Minuti.

Ir-riżultati tal-votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet, fl-anness tal-Minuti, huma disponibbli biss f'verżjoni elettronika u jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit Europarl.


7.1. L-implimentazzjoni tal-Protokoll fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data tal-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE li tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, anness mat-Trattat li tistabbilixxi l-Komunità, fuq il-konsegwenzi finanzjarji tad-data tal-għeluq tat-Trattat tal-KEFA u fuq il-Fond tar-Riċerka tal-Faħam u l-Azzar [14532/2017 - C8-0444/2017 - 2017/0213(APP)] - Kumitat għall-Baġits. Rapporteur: Jean Arthuis (A8-0034/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0061)

Il-Parlament ta l-apporvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill.


7.2. Ftehim UE-New Zealand dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni doganali u l-assistenza amministrattiva reċiproka f'materji doganali [07712/2016 - C8-0237/2017 - 2016/0006(NLE)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Daniel Caspary (A8-0029/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 2)

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0062)

Il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.


7.3. Strateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura) (votazzjoni)

Rapport dwar Strateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti [2017/2067(INI)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: István Ujhelyi (A8-0036/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 3)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni b'votazzjoni unika (P8_TA(2018)0063)


7.4. Servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' konsenja tal-pakketti transfruntiera [COM(2016)0285 - C8-0195/2016 - 2016/0149(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Lucy Anderson (A8-0315/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 4)

PROPOSTA TA' RIFJUT TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Rifjut

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0064)


7.5. Kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq u l-liċenzji tas-sewqan ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/59/KE dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri u d-Direttiva 2006/126/KE dwar il-liċenzji tas-sewqan [COM(2017)0047 - C8-0025/2017 - 2017/0015(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Peter Lundgren (A8-0321/2017)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 5)

PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI u EMENDI

FTEHIM PROVVIŻORJU

Approvazzjoni (P8_TA(2018)0065)


7.6. Deċiżjoni għal dħul f'negozjati interistituzzjonali: L-istabbiliment tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE ***I (votazzjoni)

Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-industrija tad-difiża tal-UE [COM(2017)0294 - C8-0180/2017 - 2017/0125(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Françoise Grossetête (A8-0037/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 6)

DEĊIŻJONI GĦAL DĦUL F'NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI

Approvazzjoni

Interventi

Qabel il-votazzjoni, f'konformità mal-Artikolu 69c(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regoli ta' Proċedura, Reinhard Bütikofer esprima ruħu kontra d-Deċiżjoni tal-Kumitat ITRE u Françoise Grossetête (rapporteur) esprimiet ruħha favur din id-Deċiżjoni.


7.7. Ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE (votazzjoni)

Rapport dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE [2017/2015(INI)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteurs: Eleonora Forenza u Malin Björk (A8-0023/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 7)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0066)


7.8. Ir-reġjuni li għadhom lura fl-UE (votazzjoni)

Rapport dwar ir-reġjuni li għadhom lura fl-UE [2017/2208(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Michela Giuffrida (A8-0046/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 8)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0067)


7.9. Ir-rwol tar-reġjuni u tal-bliet tal-UE fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi tal-COP 21 dwar it-tibdil fil-klima (votazzjoni)

Rapport dwar ir-rwol tar-reġjuni u l-bliet tal-UE fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi tas-COP 21 dwar it-tibdil fil-klima [2017/2006(INI)] - Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali. Rapporteur: Ángela Vallina (A8-0045/2018)

(Maġġoranza sempliċi meħtieġa)
(Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 9)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI

Adozzjoni (P8_TA(2018)0068)

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Ġunju 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza