Il-President għamel dikjarazzjoni dwar l-attakki reċenti Amerikani, Britanniċi u Franċiżi fuq l-armi kimiċi fis-Sirja.
Interventi ta': Manfred Weber f'isem il-Grupp PPE, Udo Bullmann f'isem il-Grupp S&D, Syed Kamall f'isem il-Grupp ECR, Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp ALDE, Ska Keller f'isem il-Grupp Verts/ALE, Gabriele Zimmer f'isem il-Grupp GUE/NGL, Margot Parker f'isem il-Grupp EFDD, u Nicolas Bay f'isem il-Grupp ENF.
° ° ° °
Interventi ta': Edouard Martin, dwar l-azzjonijiet meħuda għall-adozzjoni, fis-26 ta' Ottubru 2017, tar-riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (punt 10.6 tal-Minuti ta' 26.10.2017) u Takis Hadjigeorgiou, dwar is-sitwazzjoni f'Ċipru.