Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 16 ta' April 2018 - Strasburgu

5. Kompożizzjoni tal-Parlament

L-awtoritajiet kompetenti Pollakki u Żvediżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Dobromir Sośnierz u Aleksander Gabelic li jiddekorru mit-22 ta' Marzu u mill-4 ta' April 2018, billi ssostitwew rispettivament lil Janusz Korwin-Mikke u lil Jens Nilsson.

Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.

Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Dobromir Sośnierz et Aleksander Gabelic jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.

°
° ° °

Gianni Pittella u Matteo Salvini avżaw lill-President dwar l-elezzjoni tagħhom bħala membri tas-Senat tar-Repubblika Taljana, u Lorenzo Fontana dwar l-elezzjoni tiegħu bħala membru tal-Kamra tad-Deputati Taljana, it-tlieta li huma li jiddekorru mit-23 ta' Marzu 2018.

Il-Parlament ħa nota li, skont l-Artikolu 7(2) tal-Att dwar il-ħatra tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, dawn il-karigi huma inkompatibbli ma' dawk ta' Membru Ewropew, ikkonstata l-vakanza tas-siġġijiet ta' Gianni Pittella, Matteo Salvini u Lorenzo Fontana li jiddekorru mit-23 ta' Marzu 2018, u informa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

°
° ° °

Jean-Paul Denanot avża bil-miktub bir-riżenja tiegħu minn Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 11 ta' Ġunju 2018.

Skont l-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament ikkonstata din il-vakanza u informa lill-Istati Membri interessati.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza