11. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:
— Kumitat TRAN, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 (COM(2017)0289 – C8-0183/2017 – 2017/0116(COD)). Rapporteur: Markus Pieper (A8-0125/2018);
— Kumitat ITRE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/73/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali (COM(2017)0660 – C8-0394/2018 – 2017/0294(COD)). Rapporteur: Jerzy Buzek (A8-0143/2018);
— Kumitat ITRE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 u li jħassar l-10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (COM(2017)0114 – C8-0099/2017 – 2017/0048(COD)). Rapporteur: Janusz Lewandowski (A8-0094/2018);
— Kumitat EMPL, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (COM(2017)0011 – C8-0010/2017 – 2017/0004(COD)). Rapporteur: Claude Rolin (A8-0142/2018).
Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofs il-lejl ta' għada, it-Tlieta 17 ta' April 2018, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.