13. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-Kumitat ECON bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:
Rettifika (P8_TA(2015)0346(COR01)) għad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35) - (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tat-8 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva msemmija hawn taħt) (P8_TA(2015)0346) (COM(2013)0547 – C7-0230/2013 – 2013/0264(COD)) - Kumitat ECON.
Bi qbil mal-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettifika titqies li tkun ġiet approvata ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa wara t-tħabbir tagħha, issir talba minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx biex jittieħed vot fuqhom.
Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.