Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 16 ta' April 2018 - Strasburgu

14. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 18 ta' April 2018 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (riformulazzjoni) (00008/2018/LEX - C8-0148/2018 - 2017/0146(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/59/KE dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għall-ġarr ta' merkanzija jew passiġġieri u d-Direttiva 2006/126/KE dwar il-liċenzji tas-sewqan (00071/2017/LEX - C8-0147/2018 - 2017/0015(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE (00070/2017/LEX - C8-0146/2018 - 2016/0304(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini (00069/2017/LEX - C8-0145/2018 - 2016/0149(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (00006/2018/LEX - C8-0142/2018 - 2017/0329(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020) (00005/2018/LEX - C8-0141/2018 - 2017/0163(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Georgia (00007/2018/LEX - C8-0140/2018 - 2017/0242(COD)).

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza