Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra [15467/2016 - C8-0327/2017 - 2016/0367(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Francisco José Millán Mon (A8-0110/2018)
Rapport li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Awstralja, min-naħa l-oħra [2017/2227(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Francisco José Millán Mon (A8-0119/2018)
Francisco José Millán Mon ippreżenta r-rakkomandazzjoni u r-rapport.
Intervent ta': Neven Mimica (Membru tal-Kummissjoni) f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
Interventi ta': José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra f'isem il-Grupp PPE, Francisco Assis f'isem il-Grupp S&D, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR, Ivo Vajgl f'isem il-Grupp ALDE, Jordi Solé f'isem il-Grupp Verts/ALE, Anja Hazekamp f'isem il-Grupp GUE/NGL, Elmar Brok u Alojz Peterle.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Notis Marias.
Interventi ta': Neven Mimica u Francisco José Millán Mon.