Mistoqsija bi tweġiba orali (O-000020/2018) mressqa minn Petra Kammerevert, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: L-Implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja - is-Sitwazzjoni Attwali u s-Segwitu (2018/2571(RSP)) (B8-0014/2018)
Krystyna Łybacka (flok l-awtur) daħlet aktar fil-fond dwar il-mistoqsija.
Elżbieta Bieńkowska (Membru tal-Kummissjoni) wieġbet il-mistoqsija.
Interventi ta': Silvia Costa f'isem il-Grupp S&D, Zdzisław Krasnodębski f'isem il-Grupp ECR, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Krystyna Łybacka, María Teresa Giménez Barbat f'isem il-Grupp ALDE, Helga Trüpel f'isem il-Grupp Verts/ALE, Curzio Maltese f'isem il-Grupp GUE/NGL, Patrick O'Flynn f'isem il-Grupp EFDD, Dominique Bilde f'isem il-Grupp ENF, u Michaela Šojdrová.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Milan Zver, Nicola Caputo, Notis Marias, Ilhan Kyuchyuk, Tania González Peñas, Kostas Papadakis, Lara Comi, Maria Grapini u Bogdan Andrzej Zdrojewski.
Intervent ta': Elżbieta Bieńkowska.
Mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa biex jingħalaq id-dibattitu skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura:
Petra Kammerevert, f'isem il-Kumitat CULT, dwar l-implimentazzjoni tal-Proċess ta' Bolonja – sitwazzjoni attwali u segwitu (2018/2571(RSP)) (B8-0190/2018).