7. Talba ta' konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Artikolu 137(2) tar-Regoli ta' Proċedura) (approvazzjoni)
Il-President iddikjara li ma rċeviex talbiet mingħand għadd ta' Membri jew minn grupp jew numru ta' gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx rigward il-votazzjoni ta' talba mill-Kumitat FEMM biex jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ħalli jagħti opinjoni dwar id-distakk bejn is-sessi fil-qasam diġitali mħabbra fil-Minuti tal-Erbgħa 18 ta' April 2018 (punt 9 tal-Minuti ta' 18.4.2018).
Bi qbil mal-Artikolu 137(2) tar-Regoli ta' Proċedura, din it-talba se titqies bħala approvata.