Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 2 ta' Mejju 2018 - Brussell

12. Talba għal konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Artikolu 137(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li kien irċieva, bi qbil mal-Artikolu 137(2) tar-Regoli ta' Proċedura, talba tal-Kumitat ENVI sabiex il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jiġi kkonsultat sabiex huwa jkun jista' jagħti opinjoni dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE fl-oqsma li huma meqjusa li għandhom l-akbar nuqqasijiet, partikolarment il-kwalità tal-arja, l-ilma u l-iskart.

Din it-talba għal konsultazzjoni se titqies bħala approvata sakemm grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx ma jitolbux fi żmien 24 siegħa mit-tħabbira li għandu jittieħed vot fuqha.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza