Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar il-Ħamis 3 ta' Mejju 2018 se jiffirma l-att li ġej, adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (00015/2018/LEX - C8-0171/2018 - 2017/0219(COD)).
° ° ° °
Interventi ta' Martina Anderson dwar is-sitwazzjoni fil-Pajjiż Bask, Lefteris Christoforou dwar il-bini ta' impjant nukleari fuq il-kosta tan-Nofsinhar tat-Turkija f'reġjun li huwa suxxettibbli għat-terremoti u Teresa Jiménez-Becerril Barrio bi tweġiba għal Martina Anderson.