7.1. Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Użbekistan (l-adeżjoni tal-Kroazja) *** (Artikolu 150 tar-Regoli ta' Proċedura)(votazzjoni)
Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konkluzjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea [09021/2017 - C8-0243/2017 - 2017/0083(NLE)] - Kumitat għall-Affarijiet Barranin. Rapporteur: Jozo Radoš (A8-0104/2018)
(Maġġoranza sempliċi meħtieġa) (Riżultat tal-votazzjoni: Anness "Riżultat tal-Votazzjonijiet", punt 1)