12. Trażmissjoni tat-testi adottati waqt is-seduta li għaddejja
F'konformità mal-Artikolu 192(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-minuti ta' din is-seduta u l-minuti tas-seduta tal-bieraħ se jitressqu għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tas-seduta li jmiss.
Bil-qbil tal-Parlament, it-testi li jiġu adottati se jintbagħtu minnufih lid-destinatarji msemmija fihom.