L-awtoritajiet kompetenti Franċiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Karine Gloanec Maurin minflok Jean-Paul Denanot bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 11 ta' Ġunju 2018.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħha.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħha jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Karine Gloanec Maurin tieħu postha fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u tgawdi mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel tkun għamlet id-dikjarazzjoni li ma għandha ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.