Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018 - Strasburgu

12. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament ((Artikolu 69c tar-Regoli ta' Proċedura))

Il-President ħabbar li ma rċeviex it-talba għal votazzjoni minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju dwar id-deċiżjoni għal dħul f'negozjati interistituzjonali mħabbra fil-Minuti tal-Erbgħa 2 ta' Mejju 2018 (punt 10 tal-Minuti ta' 2.5.2018).

Il-Kumitat ECON għaldaqstant seta' jibda n-negozjati wara l-iskadenza stipulata msemmija fl-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura.

°
° ° °

Il-President ħabbar id-deċiżjonijiet ta' diversi Kumitati biex jidħlu f'negozjati interistituzzjonali, bi qbil mal-Artikolu 69c(1) tar-Regoli ta' Proċedura:

- Kumitat LIBE, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għal protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE (COM(2016)0467 – C8-0321/2016 – 2016/0224(COD)). Rapporteur: Laura Ferrara (A8-0171/2018);

- Kumitat ECON, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-proċeduri u l-awtoritajiet involuti għall-awtorizzazzjoni ta' CCPs u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent ta' CCPs ta' pajjiżi terzi (COM(2017)0331 – C8-0191/2017 – 2017/0136(COD)). Rapporteur: Danuta Maria Hübner (A8-0190/2018);

- Kumitat TRAN, abbażi tar-rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (COM(2016)0818 – C8-0531/2016 – 2016/0411(COD)). Rapporteur: Claudia Țapardel (A8-0150/2018);

Bi qbil mal-Artikolu 69c(2) tar-Regoli ta' Proċedura, Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu medju jistgħu jitolbu bil-miktub, qabel nofsillejl ta' għada, it-Tlieta 29 ta' Mejju 2018, li deċiżjoni ta' kumitat għal dħul f'negozjati titqiegħed għall-votazzjoni.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni fil-Parlament dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza