Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018 - Strasburgu

13. Rettifika (Artikolu 231 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-Kumitat TRAN bagħat din ir-rettifika ta' test adottat mill-Parlament Ewropew:

- Rettifika P7_TA(2014)0389(COR02) għad-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146–185) - (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva msemmija hawn fuq P7_TA(2014)0389) (COM(2012)0772 – C7-0414/2012 – 2012/0358(COD) - Kumitat TRAN)

Skont l-Artikolu 231(4) tar-Regoli ta' Proċedura, din ir-rettitika titqies approvata, ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba minn grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx biex jittieħed vot fuqha.

Ir-rettifika hija disponibbli fuq is-sit Europarl għal kemm iddum din is-sessjoni parzjali.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza