14. Talba għal konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (Artikolu 137(2) tar-Regoli ta' Proċedura) (approvazzjoni)
Il-President ħabbar li ma rċeviex it-talba minn għadd ta' Membri jew minn grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx biex jittieħed vot fuq iż-żewġ talbiet għal konsultazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex jagħti opinjoni dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE fl-oqsma li huma meqjusa li għandhom l-akbar nuqqasijiet, partikolarment il-kwalità tal-arja, l-ilma u l-iskart, imħabbra fil-Minuti tal-Erbgħa 2 ta' Mejju 2018 (punt 12 tal-Minuti ta' 2.5.2018) u dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fis-swieq Ewropej tax-xogħol, imħabbra fil-Minuti tal-Erbgħa 2 ta' Mejju 2018 (punt 26 tal-Minuti ta' 2.5.2018).
Skont l-Artikolu 137(2) tar-Regoli ta' Proċedura, dawn it-talbiet jitqiesu għaldaqstant adottati.