Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
It-Tnejn, 28 ta' Mejju 2018 - Strasburgu

15. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura)

Il-President ħabbar li, flimkien mal-President tal-Kunsill, nhar l-Erbgħa 30 ta' Mejju 2018 se jiffirma l-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (00012/2018/LEX - C8-0225/2018 - 2015/0276(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (00011/2018/LEX - C8-0224/2018 - 2015/0275(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE dwar ir-rimi ta' skart f'landfills (00010/2018/LEX - C8-0223/2018 - 2015/0274(COD))

- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/53/KE dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (00009/2018/LEX - C8-0222/2018 - 2015/0272(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (00073/2017/LEX - C8-0213/2018 - 2016/0014(COD))

- Regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (00062/2017/LEX - C8-0200/2018 - 2014/0100(COD))

- Direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (00004/2018/LEX - C8-0199/2018 - 2016/0381(COD))

- Direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (00072/2017/LEX - C8-0198/2018 - 2016/0208(COD))

- Deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (UE) Nru 1257/2013 u d-Direttivi 94/63/KE u 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 86/278/KEE u 87/217/KEE f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli ta' proċedura fir-rappurtar fil-qasam tal-ambjent u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (00067/2017/LEX - C8-0188/2018 - 2016/0394(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (00003/2018/LEX - C8-0187/2018 - 2016/0231(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (00068/2017/LEX - C8-0186/2018 - 2016/0230(COD))

- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (00024/2018/LEX - C8-0179/2018 - 2013/0103(COD))

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2018Avviż legali - Politika tal-privatezza